Il-Martri Frangiskani Konventwali tal-Perù

Għażiż Żgħazugħ, qed nipproponilek riflessjoni fuq il-missjoni u il-martirju: żewġ aspetti, li huma intimament marbuta mal-Vokazzjoni Franġiskana. Jekk qed taħseb dwar il-vokazzjoni franġiskana dawn iż-żewg elementi ma tistax tħallihom barra. Imbgħad, ovvjament jigu espressi b’modi differenti (ħafna drabi b’modi umli u fil-ħajja tà kuljum) kif il-Mulej ikun irid, imma li “tħossok mibgħut ixxandar il-Vanġelu” u “id-don tiegħek innifsek” fl- isem tà Ġesù, huma żewġ elementi li jsawwru l-identità tal-patri.

Ħa nġibu hawnhekk omelija li għamel Patri Jarek Wysoczanski OFM Conv (responsabbli mill-missjonijiet kollha fid-dinja tal-patrijiet Konventwali) li għamel fil-Bażilika tà Sant’Antnin tà Padova, fl-okkazjoni tà jum il-missjoni tas-sena l-oħra.

Patri Jarek jirrakonta l-esperjenza missjunarja tiegħu fil-Perù, u il-konvolġiment tiegħu fil-ġrajja imdemmija, li ħalliet żewġ patrijiet zgħazagħ maqtula: Patri Miguel Tomaszek OFM Conv u Patri Zbigniew Strzalkowski OFM Conv. Dawn ħutna gew maqtula f’ Pariacoto (Perù) nhar id-9 t’Awwissu 1991.

J’Alla l-eżempju tagħhom ikun tà dawl għalik: Il-Mulej iħobb lil min jagħti bil-ferħ.

Mbierkek

Patri Andrew

 

OMELIJA TA’ PATRI JAREK

“Bħalma il-Missier bgħat lili, hekk ukoll jien nibgħat lilkom” (Gw 20, 21). Li tħossok mibgħut, hija konsegwenza tà li tkun dixxiplu tà Ġesù, li tkun tà ġewwa mà Ġesù”, hija konsegwenza tal-fidi. Kif qal tajjeb il-Beatu Ġwanni Pawlu II, il-fidi tissaħħah meta tiġi mogħtija lil ħaddiehor (Redemptoris Missio 2). Meta wieħed jagħti il-fidi jkun qed jitrasmetti lil xi Ħadd, li mingħajru ma jgħix. Il fidi mingħajr il-missjoni hija sterili; u il-missjoni mingħajr il-fidi huwa kliem fil-vojt.

Irrid nitkellem fuq żewġ ħuti: Miguel Tomaszek u Zbigniew Strzałkowski, illum servi t’Alla li flimkien magħhom bdejt il-missjoni tagħna fil-Perù-Pariacoto.

Miguel u Zbigniew ġew maqtula mill-gwerilja tal-Moviment terrorista “Sendero Luminoso” f’ Pariacoto (Perù) id-9 t’Awwissu 1991. Kienu Franġiskani Konventwali Polakki. Miguel kellu 31 sena u Zbigniew 33. Meta waslu il-Perù, sentejn qabel il-mewt vjolenta tagħhom, mill-ewwel iddedikaw ħajjithom biex jaqdu lil poplu afdat f’idejhom. Ħadmu biex jagħtu lura lin-nies dik id-dinjità tà wlied Alla, permezz tal-Vanġelu u l-imħabba. Ħabbew sa ma waslu biex taw ħajjithom kollha, fuq il-passi tà Ġesù, bl-istil tà Franġisku t’Assisi, u fuq l-ezempju tà San Massimiljanu Kolbe, martri f’Auschwitz.

Kull ma għamlu kien li wettqu fir-realtà il-kliem tà Gesù: “Ħadd m’għandu imħabba ikbar minn din, fli wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu” (Gw 15,13).

Wasalna fil-Perù mà Zbigniew fit-2 tà Diċembru tal-1988, u wara wasal Miguel. L-ewwel ftit xhur għexnihom jien u Zbigniew. F’dak iż-żmien studjajna il-lingwa Spanjola. F’kuntatt man-nies, stajna nsiru nafu u nifhmu l-kultura u reliġjon tal-poplu. F’dan il-perjodu stajna nidħlu bil-mod u fil-fond fil-problemi soċjali tal-post (vjolenza, inġustizzja, terroriżmu, faqar, il-migrazzjoni minn żoni rurali għall-bliet) u anke stajna insiru nafu ċerti fenomeni ekkleżjali tal-knisja emerġenti: ir-reliġjożità popolari, komunitajiet ekkleżjali tal-bażi, u l-organizzazzjoni Caritas.

Fit-30 tà Awwissu tal-1989 assumejna, uffiċjalment il-missjoni ta' Pariacoto, li tinsab fl-Andes Peruvjani, li tinkludi mas-70 raħal zgħir (biex tasal f’xi wħud minnhom ikollok bżonn xi tnax-il siegħa vjaġġ fuq iż-żiemel).

Wasalna fil-missjoni ta' Pariacoto bi ftit riżorsi u fil-fatt ir-realtà stednitna biex nissottomettu lilna nfusna għall kulħadd. L’attitudni tagħna qajjmet il-kurżità tal-‘campesinos’ li, bla dubju, għandhom l-kapaċità inkredibbli tà osservazzjoni. L-istil tal-ħajja sempliċi tagħna iffacilità mill-bidu, l-iskambju u l-komunikazzjoni. Stajna verament nagħmlu esperjenza tà x’igifieri "tkun mal-poplu."

Fid-9 t’ Awissu, wara il-Quddiesa, Miguel u Zbigniew, gew mitluba jħallu il-kunvent u ġew meħuda fil-Municipju tal-belt tà Pariacoto (f’dak iż-żmien jien kont il-Polonja, għall-ewwel vaganza tiegħi). Minn hemm, ħaduhom fil-van tal-kunvent flimkien mà Sr Bertha. Però, wara ftit ħin ħallew ħielsa lis-soru u ħadu lil patrijiet f’post jismu Pueblo Viejo, ħdejn il-ċimiterju. Hemmhekk, Miguel ġie maqtul permezz tà tir f’rasu u Zbigniew b’zewg tiri, wieħed fi spalltu u l-ieħor f’rasu. F’dak il-jum qatlu wkoll lis-sindku tar-raħal.

Eżatt qabel ma qabduhom, konxji li s-sitwazzjoni kienet gravi, iż-żewg patrjiiet qalu lill-postulanti biex jmorru jitolbu fil-kappella u minn hemm ma joħorġu għall-ebda raġuni. Bħall Ġesù fil-ġnien taż-żebbuġ kienu kapaċi jgħidu: “Jekk qed tfittxu lili, ħallu lil dawn imorru”. Lil gwerilja qalulhom: “Is-saċerdoti huma aħna, tmissux liz-zgħazagħ”.

It-terroristi tà “Sendero Luminoso” qatlu lil missjunarji għax skont huma kienu “qed jingannaw lill-poplu”, “Kienu jippriedkaw il-paċi”, “jillupjaw in-nies billi jagħtuhom x’jieklu”. Dan kollu skont it-terroristi kien qed ixekkel milli issir ir-rivoluzjoni. Qalu it-terroristi: “Ir-Reliġjon hija l-oppju tal-poplu, mod kif tiddominah”.

Miguel kien patri tà fidi profonda, sempliċi, bniedem tà talb, evangelizzatur e solidali mà kulħadd. Kien jħobb hafna lil Vergni Marija, u kien ħafna viċin taż-żgħażagħ u t-tfal permezz tal-mużika, li fiha kien kapaċi ferm.

Zbigniew kien kapaċi jorganizza ħafna u kellu sens kbir tà responsabilità. Kien iħobb ħafna in-natura, xtaqt jaqdi lil kulħadd, kellu fidi profonda u passjoni kbira għal figura tà San Massimiljanu Kolbe.

Miguel u Zbigniew ma ħallewlniex testment formali; gew sorpriżi minn oħtna il-mewt. Ħallew testment li jirraprezenta lil kull min emmen, ħadem, iġġieled għal valuri tà Ġesù fuq din l-art, fil-Perù, u f’ħafna postijiet madwar id-dinja. Il-martirju tà Miguel u Zbigniew huwa fatt mhux diskors; hekk kif kienet t-tgħannieqa tà San Franġisk u il-lebbruz, hekk kif kien il-martirju tà San Massimiljanu Kolbe f’Auschwitz. Il-mewt tà dawn il-martri kienu fatti u ġesti li jagħmlu lil bniedem iktar bniedem, li jqanqlu fina ix-xewqa li nkunu dejjem ikar awtentiċi, li juruna il-wiċċ tà Ġesù, li jibqà dejjem isejħilna u jgħidilna “Imxu warajja”.