Għafas fuq il-Menu fuq "BEJATIFIKAZZJONI MARTRI TAL-PERU' għar-rakkont li minn żmien qed inkunu qed naġġornaw

Fil-5 ta' Diċembru, żewġ martri Franġiskani Konventwali Polakki ser jiġu dikjarati Beati fil-Peru'. Nemmnu fil-kliem ta' Ġesu' li belt fuq muntanja ma tistax tinħeba. F'din is-sena ddedikata lil-Ħajja Kkonsagrata, l-eżempju tal-martirju tagħhom daqshekk riċenti (1992) jimla' b'dija tal-għaġeb.

Hawn għandek issib ir-rakkont tal-bidu tal-missjoni fil-Peru' u l-martirju ta' dawn ħutna mill-Gwarjdan tagħhom P. Jarek Wysoczanski li ħelisa ħafif minħabba li meta ġew maqtula il-patrijiet kien għal xi ġranet għand il-familja tiegħu fil-Polonja, art twelidhom. Issa l-missjoni tiegħu hi li jxandar l-eżempju ta' dawn ħutu.