Dak li rajna u smajna...

Miguel u Zbiegniev, iż-żewġ Franġiskani żgħażagħ maqtula fil-Peru' 1991 u bbeatifikati b'digriet ta' Papa Franġisku f' Diċembru 2015 huma il-protagonisti ta' dan id-dokumentarju. M'humiex protagonisti għax kellhom talent li jirreċtaw. Huma protagonisti għax għexu f'demmhom dak li qed jiġi rrakuntat fuqhom. Id-dokumentarju "I Beati martiri del Peru'" jagħtina informazzjoni fuq ħajjithom u fuq il-martirju tagħhom, u jmexxina pass pass lejn il-beatifikazzjoni tagħhom filwaqt li jurina l-immaġini l-iktar importanti taċ-ċelebrazzjoni tal-Beatifikazzjoni fil-Peru'. J'Alla l-eżempju tal-martri tal-Peru' jnissel fi qlubna ħeġġa akbar li nxandru bla għejja il-ġmiel tal-ħajja nisranija u missjunarja. J'Alla, aħna wkoll, flimkien mal-Appostli, għall-ordni tas-Sinedriju: "biex b'ebda mod ma jitkellmu jew jgħallmu fl-isem ta' Ġesu'", inkunu kapaċi nwieġbu: "Aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna". (At, 4) .