Jiktbilna Brandon Magro

Jiena Brandon Magro u illum 27 ta' awwissu tal-2013 għadni kif spiċċajt esperjenza ma' sħabi flimkien ma' Fr Mario, Fr Andrew, Fr Gorg u Bro Etienne. Aħ żorna, tgħallimna u imxejna kemm Assisi u anke Ruma. Aħna domna gimgħa inżuru u ma jiddispjacini xejn anzi pjuttost xtaqt li bqajt hemm. F'din il-gimgħa żorna ħafna postijiet fosthom il-Bażilika ta' San Frangisk, il-Bazilika ta' San Pawl, il-Vatikan, kilna fl-ikbar refittorju fid-dinja, morna sa fejn il-Colosseo u ħafna u ħafna postijiet oħra. Jiena personalment ħadt hafna pjaċir u vera nixtieq li issir oħra bħal din. Nirringrazzja lill-Patrijiet kollha li għenu biex iseħħ din l-esperjenza u grazzi lil qarrejja li qed jaqraw il-messagg tiegħi u il-parir tiegħi hu li jekk taħseb li għandek xi vokazzjoni iftah qalbek ma' xi Direttur Spiritwali u ħalli f'idejn Alla. Grazzi mill-qalb.

 

Brandon Magro