Jiktbilna Daniel Axisa

Gewwa l-ferrovija, fid-direzzjoni lejn Assisi, gewwa Umbria, fil-belt ta’ Frangisku u Kjara, kulhadd herqan biex jara, u l-gholja mill-boghod bdiet tidher nislet f’kulhadd il-hrara biex il-grajja li ghex Frangisku jara, u jesperjenza huwa wkoll il-post minn fejn beda kollox ghal ordni Frangiskana.

Hekk kif wasalna kellna jilqana kuncert ta’ muzika sagra biex mill-ewwel ahna nidhlu fl-ambjent spiritwali tal-belt Assisjana. Gewwa San Damjan, fejn Alla qal il-Frangisk biex imur u jibni il-knisja tieghu, hekk ahna wkoll hassejna dan il-kliem mill-boghod jidwi biex bhalu ahna wkoll nirrangaw il-knisja taz-zmienna, mhux il-knisja tal-gebel izda tal-bnedmin. Permezz tat-talb tas-Salmi gewwa kapelli, knejjes u baziliki, migburin haga wahda biex tifhirna shiha naghtu lil Alla Missierna ta’ dak li ghamel maghna. Il-Paci u s-sliem li hassejna meta taht l-arkati gholjin tas-‘Sacro Convento’ konna b’haristna fuq il-gmiel tan-natura li jdawwar il-“colle del Paradiso”, fuq l-gholja Frangiskana. Mistiedna nieklu maghhom ahna x-xorti kellna biex platt mimli niehdu mal-qaddejja Frangiskana, gewwa l-itwal refettorju li qatt inbena minn tmien mitt seklu l’hawn.

Hekk kif il-post il-post hallejna, lejn Ruma triqatna qbadna, mhux bil-mixi bhal Frangisku izda bil-ferrovija. Ghalkemm il-paci u s-silenzju hallejna, il-Papa f’Ruma haddielna b’idejna, f’holma u stghagiba wahda hekk kif beda jersaq lejna. Il- Gonna sbieh u privati tal-Vatikan laqawna u selmulna, biex maqtughin mid-dinja lil Alla nuru l-emmna li fiha tkabbarna f’din iz-zjara mdawwrin minn natura.

Zgur li kull wiehed minna li esperjenzajna dan kollu ghandna d-dover li f’hajjitna nghozzu dak kollu li ltqajna mieghu u minghajr biza u xkiel ta’ xejn infittxu li naqdu lil Alla ghas-sejha li qed jibatilna. J’Alla ikun hawn minna li ma jibzghax jiehdu l-voti tal-kastita, faqar u ubbidjenza.

Daniel Axisa