Jiktbilna Josef Pisani

 

L-esperjenza t’Assisi u Ruma kienet wahda mill-isbah u fethitli iktar ghajnejja biex naghti kas is-sejha li Alla ghandu ghalija u li jista jkollu ghall-ohrajn. Kienet gimgha mimlija b’kull tip t’attivitajiet u mumenti differenti imma unici. Flimkien dhakna,laghabna, tlabna,kilna u strihajna. Fl-ewwel 3 ijiem qaghdna ghand is-sorijiet Frangiskani msejhin ‘Suore Franciscane dei sacri cuori’. Minkejja li Assisi mhijiex xi belt kbira imma hija sinjura f’dk li hi storja. Ovvjament din il-belt storika hija sinonima mal-qaddis maghruf San Frangisk li twieled u trabba f’din il-belt. Fost il-postijiet li zorna fil-parti inizjali ta’din l-esperjenza hemm is-Santwarju ta’San Damjan,fejn San Frangisk kellu is-sejha biex isewwi il-Knisja ta’ Kristu, il-bazilika ta’ Santa Chiara, u il-Bazilici Minuri u Magguri li it-tnejn li huma jinsabu fuq it-tomba ta’ San Frangisk. Barra minn hekk morna wkoll fil-knisja fejn tghammdu Santa Chiara u hutha u qaddisin kbar li trabbew Assisi(Agnese,Rufinu u Gabriel). It-tieni parti ta’ din l-esperjenza qattajniha f’Ruma fejn qaghdna fis-Seraphicum. Hawnhekk m’ghandux x’jaqsam ma’ Assisi imma fiha is-sabih taghha wkoll. Morna f’diversi bazilici,fosthom dik ta’ Santa Maria Maggiore,San Gwann Lateran, San Pawl Fouri Le Mura u ovvjament il-Bazilika Ta’ San Pietru. Tista’ tghid li il-highlight ta’ din il-parti kienet meta ltqajna mal-Papa Frangisku bis-sahha ta’ Fr Gorg Attard. Meta konna Ruma wkoll laghbna il-basketball u il-football ma’ xi student t’hemmhekk. Din l-esperjenza kienet tassew unika u indimentikabbli u nixtieq nirringrazzja lil Fr Mario,Fr Andrew, Fr Gorg u lil Brother Etienne tal-pacenzja li hadu bina.

 

Josef Pisani