Jiktbilna Kurt Galea

 

"Dak li jien fittixt, Sibtu hawn.

Issa skoprejt fl-iva li jien għidtlek

Il-liberta' li nkun ibnek

Ħu u raġel ta’ madonna Poverta'"

 

Dan huwa paragrafu meħud mil-kanzunetta Francesco vai. Għażilt propju dan il-paragrafu sabiex b’mod ġenerali niġbor dak li aħna z-zgħazagh ħassejna f’din il-ġimgħa li qattajna flimkien f’Assisi u f’Ruma. Dak il-ferħ, dik l-hena u dik is-serenita' li ilna nfittxu tant fl-aħħar sibniha jew aħjar doqqniha daqxejn. Dik l-iva li aħna għidna lil-Alla sabiex niskopru iżjed ir-rieda tiegħu għalina fjorixxit ħafna f’din il-gimgħa għax fiha tassew għexna l-ispiritwalita' Frangiskana, Spiritwalita' mimlija ferħ, hena u fuq kollox fraternita. 

F’din il-ġimgħa skoprejna ukoll kemma Alla jħobbna għax kif jgħid San Ġakbu fl-ittra tiegħu ‘Kull ħaġa tajba li tingħata u kull don perfett jiġi mis-sema, jinżel mingħand il-missier.’ (Ġak 1,17). U tassew f’din l-esperjenza Alla mliena b’affarijiet sbieħ u tajbin. Esperjenzi li qas biss kenu jiġu f’moħħna bħal-laqgħa mal-Papa, Il-fraternita' waqt l-ikla f’Rivotorto u il-paċi inspjegabli fil-qabar tal-maħbub missierna Franġisku.

L-esperjenza tagħna bdiet f’Assisi il-post li fiħ Franġisku twieled,għex u miet. Malli wasalna fl-għolja hekk imsejjħa tal-ġenna mal-ewwel ħassejna dik il-paċi li ilha tgħammar f’dan il-post għal dawn l-aħħar tmien mitt sena. Assisi konna noqgħodu ġo kunvent tal-Franġiskani tal-qalb ta’Ġesu u Marija. Is-sorijiet laqawna tajjeb u tawna nieklu tajjeb ukoll. Fl-ewwel ġurnata tagħna morna il-Francescanum il-post li ħafna studenti Franġiskani maltin studjaw meta kienu jgħixu Assisi Bħalissa jgħix hemm Patri Charles Baldacchino. Wara li smajna il-quddiesa dorna daqsxejn il-post u tlajna fuq il-bejt fejn stajna naraw veduta sabiħa immens t’Assisi, kien propju hemm fuq il-mument li f’qalbna ħassejna gratitudni lejn Alla il-ħallieq li ħalaq dawn l-għegubijiet hekk sbieħ. Filgħaxija imbgħad wara l-ikel morna għal kunċert ‘notte d’in .... chiostro’ li it-tema tiegħu kienet ‘petite messe solemnelle’ ngħidilkhom li il-messe ma kienet petite xejn!!!

L-għada dorna ħafna postijiet assoċjati mal-konverzjoni u l-ħajja ta’San Franġisk fosthom il-kappella ta’San Damjan (il-post li fiħ San Franġisk sema is-salib ikellmu u il-kunvent li fiħ għexet Santa Kjara u l-ewwel kumpanji tagħa), Rivotorto (L-ewwel kunvent u il-post li fiħ San Franġisk u sħabu kienu jieħdu ħsieb il-lebbruzi) kif ukoll il-Porzjunkola (l-iktar post għal-qalb San Franġisk u il-post li fiħ ħa l-aħħar nifs ta’ ħajtu.) F’din il-ġurnata imxejjna ħafna izda tant rajna affarijiet sbieħ li ma ddejjaqnix tant li aħna u mixjin bdejna nkantaw xi inijiet sbieħ ta tifħir lil Alla. It-tielet u l-aħħar ġurnata tagħna f’Assisi kienet għal ħafna minnha l-isbaħ ġurnata propju għaliex fl-aħħar wasalna quddiem dak li ilna tant nisimgħu fuqu, fl-aħħar inzilna għarkubbtejna quddiem il-fdalijiet tal-Alter Christus u fl-aħħar qiegħdna rasna fuq il-qabar ta' Missierna Franġisku sabiex iberikna u tlabniħ iħarrisna tul ħajjitna kollha sabiex dejjem nsiru nixbħu lillu u fuq kollox nixbħu lil-Kristu.

Wara li smajna il-quddies fuq il-qabar dorna daqxejn il-bażiliċi Superjuri u Inferjuri ta’San Franġisk t’Assisi, rajna ħafna tezori Franġiskani bħat t-tonka ta' San Franġisk u ir-Regola.Wara morna nieklu fis-Sacro Convento, esperjenza sabiħa ħafna li fiha ukoll esperjenzajna il-fraternita' Franġiskana li fiha grupp ta' nies ta' kull pajjiż, kulur, idejat u karratri jingħaqdu flimkien bħal aħwa. Wara irritornajna lura għand is-sorijiet u wara ftit ħin ta mistrieħ morna naraw il-Katidral ta' San Rufino (fejn tgħammdu San Franġisk u Santa Kjara) kif ukoll il-Bazilika ta’Santa kjara fejn tlabna fuq il-fdalijiet tagħha u ta' oħta Anjeze. Wara għidna il-vespri flimkien mal-klarissi li jgħammru hemmhekk.

L-għada tlaqna bit-trejn lura lejn Ruma fejn hemmhekk konna ngħixu ġos-Seraphicum, post tassew sabiħ li fiħ qattajna ħafna mumenti sbieħ speċjalment waqt l-ikel, waqt xi logħob li lgħabna flimkien ma' xi studenti li jgħixu hemm. L-ewwel post li żorna kien propju Il-Bazilika ta San Paolo fuori le Mura. Il-post li fiħ midfun San Pawl. Filgħaxija wara iz-żjara tagħna f’San Paolo fuori le mura morna nieklu imbgħad lagħbna logħba basketball flimkien mal-istudenti. L-għada morna il-vatikan, fejn ilqtajna ma' P.Ġorġ Attard li grazzi għalih irnexxilna naraw lil Q.T Papa Franġisku. Fil-Vatikan dorna il-Bazilika u rajna xi oqbra ta' xi papiet imbgħad smajna il-quddiesa ma Dun Frans Bonniċi (saċerdot li jieħu ħsieb l-abbatini li jmorru il-vatikan). Wara morna nduru xi postijiet sbieħ f’Ruma bħal Piazza di Spagna, Piazza del Popolo u il-Fontana di Trevi. Wara morna il-Kurja tal-Franġiskani Konventwali f’Ruma u żorna ukoll il-bazilika ta' Santi Appostoli (il-post fejn hemm midfunin San Filippu u San Ġakbu iz-zgħir). L-għada kien l-iżjed jum speċjali dan għaliex kien propju Il-Hadd 25 t’Awwissu il-jum li fih ilqtajna mal-Q.t il-Papa, L-ewwel morna nżuru il-penitenzerija il-post li fih jghix P.Ġorg Attard flimkien ma konfessuri oħra li jqarru fil-Vatikan. Rajna l-Anġelus min hemm fuq it-televizjoni u wara inzilna b’ġirja sabiex niltaqaw mal-Papa propju quddiem ir-residenza tiegħu f’Santa Marta. Għal-ewwel ħsibna li mhux ħa jkollna ċans li niltaqaw miegħu izda bil-providenza t’Alla irnexxilna nieħdulu b’idejħ, nkellmuħ, jifirmalna xi oġġetti personali kif ukoll nieħdu rittrat miegħu.Wara dan kollu morna naraw żewġ bażiliċi oħra Santa Maria Maggiore kif ukoll San Giovanni Laterano. L-għada morna naraw il-Giardini Vatikani, ħadna pjacir ħafna naraw siġar ta kull tip u anki għasafar sbieħ bħal-pappagali u ċawl. Wara kellna ċans nixtru xi ħaġa umbgħad kellna l-ikla flimkien ma Patri Ġorġ . Wara l-ikel morna lura is-Seraphicum fejn kellna ftit ħin ta mistrieħ,vespri,ċena u fl-aħħar logħba football flimkien.

Sfortunatament l-esperjenza tagħna spiċċat u kif qal ħafna drabi Fra Etienne kellna ninzlu mit-tabor. Issa għadna ċertament nibqaw ngħixu l-ispirtu franġiskan fi djarna u fl-irħula tagħna u għadna nkunu dejjem iżjed grati lejna Alla ta' kull ma jagħmel magħna. Grazzi għal din l-esperjenza għarafna tassew li Alla għamilna għalih u qalbna ma ssib qatt kwiet, jekk mhux fih

Fl-aħħar nixtieq nirringrazja lil-kull min kellu x’jaqsam ma' din l-esperjenza. Lil kull min għinna kemm bit-talb kif ukoll billi ġie magħna, f’isem sħabi nixtieq nirringrazja speċjalment lil-P.Ġorġ Attard li dawwarna ħafna postijiet fil-vatikan kif ukoll laqgħana mal-Papa. Nirringrazja ukoll lil- P.Charles Baldachino li akkumpanjana f’Assisi, u fl-aħħar u mhux l-inqas nirringrazja lil P.Andrew Galea, P.Mario Sant, P.Gorġ Zammit u Fra Etienne Gilson tal-paċenzja enormi li ħadu bina. Il-Mulej jħarriskhom u jressaqkhom dejjem izjed lejħ.

 

                                                                                            Pace e Bene,

                                                                                                                   Kurt Galea