Jiktbilna Michael Attard

Kull bidu fih it-tmiem u hekk ġiet fi tmiemha l-esperjenza tagħna ġewwa Assisi u Ruma!  Il-ferħ li tħoss hu kbir. Meta tinsa’ għal ftit mumenti il-ġenn tal-ħajja u taprezza l-imħabba li għandu għalina Alla il-Missier tkun tista’ tħoss il-paċi li ebda ħaġa oħra ma toffrilek.  Ma tistax tiddiskrivi il-presenza tal-għaġeb li tħoss meta tagħraf x'għamel u għadu jagħmel għalina Ġesu’ Kristu! Dan rajnieh fil-ħajja ta’San Franġisk li hu mera awtentika fir-ruħ u fil-ġisem ta’ Kristu innifsu. Għalkemm kien bogħod mill-affarijiet materjali li toffri din id-dinja kellu l-hena vera u dan għadu jinħass sal-lum wara tminn mitt sena.

Minn din l-esperjenza tgħallimt kemm jekk wieħed jitlaq kollox, iċedi quddiem Alla, jgħix is serenita’ u il-paċi li qalilna Kristu: li ħadd u xejn ma jkun jista’jneħħi. Prova ta’ dan tidher fil-ħajja ta San Franġisk u qaddisin oħra li għamlu l-istess passi, fejn meta wieħed iduq l-imħabba vera ta’ Alla ma jkun jonqsu xejn ħlief li jintelaq f’idejH! Barra min hekk il-fraternita’ li għixna kienet waħda meraviljuża u li ma tinsiha qatt fejn żgur ħalliet frott u ġid spiritwali.

Grazzi Mulej ta’ din l-esperjenza qawwija u sabiħa li għamilna li  biha niskopru iktar kemm tħobbna.  Kif ukoll nirringrazzja lil patrijiet li ħadu ħsiebna:  Fr  Mario Sant, Fr Andrew Galea, Fr Ġorġ Żammit, fra Etienne Gilson kif ukoll Fr Ġorg Attard li permezz tiegħu iltqajna ma’ Papa Frangisku! 

 

Michael Attard