Jiktbilna Michael Grech

Min qatt seta’ joħlomha dik li kellha tkun l-esperjenza tagħna ġewwa Assisi u Ruma? Din kellha tkun esperjenza ġdida għall- Grupp Vokazzjonali tal- Franġiskani Konventwali, dan wara  li fis- snin l-imgħoddija saru ukoll dawn it-tip ta’ esperjenzi f’ Assisi, il-post li minnu twieled il-Franġiskaneżmu.

L-esperjenza tagħna bdiet kmieni t-Tlieta 20 ta’ Awwissu, wara li ltqajna l-ajruport bdejna l-vjaġġ lejn l-ajruport ta’ Ruma biex minn hemmhek komplejna il-vjaġġ tagħna lejn Assisi. Domna f’Assisi għal erbat ijiem sħaħ biex imbagħad wara li sellimna lill-belt siekta ta’ Assisi qbadna t-trejn biex ivvjaġġajna lejn il-belt ta’ Ruma.

Kull ġurnata ta ‘ din l-esperjenza kienet  mimlija  kemm minn-mumenti spiritwali   bil-qofol jkun ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija u  ta’ talb,  u ukoll  minn mumenti ta’ fraternita’ flimkien bħala grupp kif ukoll mal-patrijiet li aħna iltqajna magħhom. Kellna mumenti sportivi mal-patrijiet tal-komunita’ li għexna qribhom fis- ‘ Seraphicum’. Iltqajna ma’ żewġ patrijiet Maltin tul din l-esperjenza, li huma Patri Charles Baldacchino li jinsab ġewwa Assisi u li huwa viċi surmast tal-Kulleġġ tal- ‘Francescanum’  u ma' Patri Ġorġ Attard  li huwa Penitenzier fil-Vatikan.

Ġewwa Assisi dorna diversi postijiet u Bażiliċi li għandhom x’ jaqsmu mal-ħajja tal-fqajjar t’Assisi. Żorna il-Knisja ta’ San Damjan, il-post minn fejn Franġisku kien msejjaħ biex jsewwi l-knisja tal-Mulej, dħalna fil-post fejn twaqqfet l-ewwel komunita’ Franġiskana minn San Franġisk innifsu li hija l-Paroċċa ta’ Rivotorto. Morna ukoll fil-Bażilika tal-Porzjunkula, post li kien għal qalb ħafna Franjġisku . Ma stajniex ma morniex Assisi mingħajr ma nżuru iż- żewġ bażiliċi u l-qabar ta’ San Franġisk fejn iċċelebrajna ukoll l-Ewkaristija. Barra dawn dħalna fil- Katidral t’ Assisi ta’ San Rufinu u ukoll fil bażilika ta’ Santa Kjara.

F’ Ruma dorna b’mod speċjali il-Vatikan, flimkien mal-Bażiliċi l-Kbar ta' Ruma: San Paolo Fuori Le Mura, Il-Lateran u Santa Maria Maggiore. Ma' dawn żorna postijiet ta' interess u storiċi oħra f’ Ruma. Żgur li l-qofol ta’ din l-esperjenza ta’ dan il-grupp kienet il-laqgħa tagħna mal-Papa Franġisku, li dan wara li iffirmalna ħeġġiġna biex nitolbu għalih fil-missjoni li Alla fdalu f’ idu. Żgur li din il-laqgħa tagħna mal-Papa Franġisku, ġabet fil-milja tagħha din l-esperjenza Franġiskana li bħal Franġisku 800 sena ilu, illum għandna persuna li qiegħda taħdem biex issewwi il-Knisja fid-dinja moderna tal-lum.

Tsipikka fuq fomm kulħadd kienet dik it-tbissima għax bħal Franġisku, Alla qed jsejħilna biex inkunu nies ferħana, jiġifieri li jkollna l- esperjenza ta’ Kristu fina filwaqt li aħna naqdu bil-ferħ dak kollu li Alla qed jsejħilna għalih.  

Michael Grech