Day 1

It-Tlieta 20 t’Awissu

 

Niltaqgħu L-Ajruport internazzjonali ta’  Malta fis-6.30am biex nagħmlu ċ-“Check in”.  Din hija l-lista tal-grupp skond l-ordni tal-kunjom: 

Michael Attard, Daniel Axisa, Antonio Borg, Robert Calleja, Gary Fenech, Kurt Galea, Patri Andrew Galea, Br. Etienne Gilson, Michael Grech, Brandon Magro, Jean Paul Pace, Josef Pisani, Patri Mario Sant, Patri Ġorġ Zammit.

Kollha kwazi konna fil-ħin; kien hemm wieħed ġie ftit tard għaliex kellu problema zgħira minħabba xagħru.  Hekk kif iltqajna lkoll, morna ħadna l-bagalji u nagħmlu c-“Check in” għax fit-8.35 am kelna ntiru;imma bdejna bl-ewwel aħbar tajba: l-Air Malta lejn Ruma se jkollu siegħa ‘delay’. Din l-aħbar għal xi uħud mill-grupp ħaduha mis-sema, għaliex kienu għadhom nofshom reqdin, imsieken qamu kmieni, u għalhekk qabel jieħdu l-kedda tal-ajrupjan, siegħa oħra b’saqajhom ma’ l-art, tgħinhom jiġu f’tagħhom. Kif saru d-9.10am sirna nafu li l-Air Malta ‘tagħna lkoll’ se jkollu delay oħra. F’qalbi bdejt ngħid, naħseb illejla fl-ajruport ta’  Malta se norqdu! Imma mhux hekk kien. Fl-10.00am tirna fuq gwienaf l-Air Malta u kellna vjaġġ eċċellenti. Għal grazzja t’Alla wasalna l-ajruport ta’  Ruma, Fiumicino, qawwijin u sħaħ; fl-ajruport kien hemm nies daqs kemm fis-sajf ikun hemm dubbien Għawdex! Arana kulħadd ikaxkar il-bagalja warajh mexjin wara xulxin, Patri Mario il- ‘Pipe-Piper’ u aħna warajh. Mill-ajruport Patri Mario xtara il-biljetti għat-train, u tlaqna lejn TIBURTINA, Ruma.  Hawnhekk  sibna post fuq bankina wiesgħa, marru xtawlna pizza bl-abbundanza u x’nixorbu. Imbierek Alla diġa beda jidher li t-temp ta’  Ruma se jiftah fetħa l-aptit ta’  dawn il-gidien!!! Kulħadd kiel u xorob kemm ried; meta inġabru l-biċċiet li kien fadal, kien baqa’ il-kartun tal-pizzez biss ... anzi ma kilux il-kartun ukoll! Minn Tiburtina kelna naqbdu t-train lejn ASSISI; fit-3.00pm tlaqna u f’xi l-5.00 wasalna għajjiena fil-belt pittoreska ta’  Assisi. Mill-istazzjon ċkejken ta’  din il-belt, qbadna il-‘coach’  pubbliku u morna fid-dar tas-sorijiet li kienet ser tospitana.  Id-dar li konna ser noqgħodu fiha hija mmexxija mis- “Suore Francescane dei Sacri Cuori, Oasi di Preghiera ‘P. Simpliciano’, Via Borgo Aretino, 12, 06081 Assisi (PG)”. Fil-kmamar qagħdna gruppi ta’  tnejn, tlieta u erbgħa, kulħadd kien komdu u kuntent. Minn hawn tlaqna lejn il-Bazilika San Francesco, izda fi triqtna waqafna fil-Kulleġġ internazzjonali tal-Ordni tagħna li hemm f’Assisi l-FRANCESCANUM. Hawnhekk sibna lil ħuna Patri Charles Baldacchino, patri malti li jgħix f’Assisi, laqgħana b’idejh miftuħa, daħalna ġewwa, qaddisna fil-kappella tal-kulleġġ u wara offrielna xarba friska li ngħidilkom nizlet ... balzmu. Qagħdna nitkelmu u zgħazagħ tagħna qagħdu jaraw il-post; l-aktar li għoġobhom kien il-ground li hawn. Zgħazagħ huma !!! Wara rritornajna fid-dar fejn qed noqgħodu, kilna ikla tajba ħafna li għamlulna s-sorijiet. Patri Mario ppreparana li wara l-ikel se mmorru SACRO CONVENTO, tal-patrijiet tagħna, għax se jkun hemm kuncert ta’  muzika klassika sagra, immorru nisimgħu dan il-kunċert ta’  darba f’ħajjitna. Nizuħajr ‘l Alla kulħad qal OK, kulħadd deher entuzjast mill-kbir saz-zgħir.  Il-Kunċert beda, kienet muzika sagra ta’  Rossini; zewġ  daqqiet fuq il-pjanu, u tibda l-muzika minsuġa b’ħila kbir mal-Kor Polifoniku tal-Bazilika t’Assisi. Kien hemm sala ppakkjata bin-nies, nies li ġew lebsin gala għall-kunċert.  X’mistħija, aħna konna lebsin qisna San Franġisk, il-fqajjar t’Assisi miexi bil-flip-flop! Kien hemm skiet ta’  ċimiterju; kulħadd mgħaxxaq bi sbuħija tal-muzika, kulħadd jisma ssummat. Naturalment z-zgħazagħ tagħna u aħna magħhom  konna għajjiena kwazi ‘mejta’, kwazi imma. Wara għaxar minuti daqq u kant, kant u daqq ... il-ġuvintur tagħna daqshekk baqgħu nies, min beda jagħti bir-ras bin-nagħas, min jittewweb avolja kien għadu ġej mill-ikel, min jikkummenta minn taħt; b’xorti tajba ħadd ma beda jonħor, għax dik kienet tkun iċ-ċirasa fuq il-kejk. Wara għoxrin minuta kunċert, Patri Mario dehrlu li aħjar jieħu z-zgħazagħ lura d-dar biex jorqdu, u sewwa għamel. Imbagħad mat-triq, qisu kulħadd beda jtajjar in-nagħas. Mid-dehra lil Rossini ma tantx ħadu grazzja miegħu, kieku forsi kien Eros Ramazzotti!  Insomma, tlaqna lejn id-dar. X’ħin ġejna fis-Sacro Convento, għan-nizla kull qaddis jgħin, ħadd ma ta’  kas li t-triq  għan-nizla, iridu nerġgħu nitilgħuha.  U x’telgħa mbierek Alla! Tlajna l-ewwel telgħa, mill-kunvent imxejna ftit, u reġghet dehret telgħa oħra, u telgħa oħra, u ngħidilkom li kulħadd beda jonfoh qisna ħmir tas-sienja. X’telgħa  t-telgħa t’Alla w Ommu! Għamel mod wasalna fuq fejn it-triq ġiet għal wita. Waqafna ftit nieħdu n-nifs.  Imxejna. Wasalna d-dar. U f’temp ta’ għoxrin minuta d-dar, waqa skiet perfett.  Kulħadd raqad. Mal-lejl pero’ beda kunċert ieħor fid-dar fejn konna reqdin, xi ħadd beda jonħor, imma b’xorti tajba, bl-għajja, dan ħadd ma semgħu!  U hekk għadda l-ewwel Jum, u l-Mulej ra li s’issa kollox sew u straħ Hu ukoll!