Day 2

 

L-Erbgħa 21 t’Awissu

... u sebaħ it-tieni jum! Ġurnata mill-isbaħ, xemxija imma b’ziffa friska tħajrek titlaq timxi fil-kampanja. U hekk għamilna llum!

Il-programm illum se jkun mixja tas-sejħa ta’  Franġisku t’Assisi.  Qabel ħriġna minn għand is-sorijiet ħadna kolazzjon abbundanti.  Qbadna t-triq l-isfel għan-nizla u għaddejna minn mogħdija dejqa li tati għal triq wiesa’ fil-kampanja. Imxejna dejjem għan-nizla, fejn ma kull naħa tat-triq kien hemm medda ta’ għelieqi liebsa l-aħdar, sinjal li ma humhiex nieqsa mill-ilma bnin u safi t’Assisi.

L-ewwel post marbut mal-ħajja ta’  San Franġisk li zorna huwa San Damian; hawnhekk meta kien għadu zagħzugħ San Franġisk kien imur jinqata’  minn sħabu u joqgħod waħdu jitlob; hawnhekk Franġisku sema’  lill-Kurċifiss ikellmu u jgħidlu Franġisku: “mur sewwa l-knisja tiegħi”. Din hija knisja ċkejkna fejn Franġisku, meta kien qrib it-tmien ta’  ħajtu, kiteb l-Għanja tal-għanjiet. F’San Damiano zorna postijiet fejn għexet Santa Chiara: id-dormitorju, ir-refitorju, il-kor. Hawnhekk ħadna diversi ritratti tal-grupp fi sfond sabieħ tal-pajsaġġ nadif b’xi razzett jew dar ‘l hawn u ‘l hinn. Mexjin, inkantaw, jiċċajtaw fraternament, dehret serenita u ferħ fuq wiċċ kulħadd, għalkemm kultant Frate Mosca kien igerger jew għax għejja, jew għax daħlitlu nemusa f’widejh ... għal ħaġa jew għall-oħra, ‘Frate mosca non cambia mai!’ Fl-aħħar wasalna fit-tieni stazzjoni, il-post ta’  Rivotorto, knisja bil-kunvent tal-patrijiet tagħna. Laqagħna Padre Guglio, mir-Rumania u jgħix l-Italia. Dan ħuna sejjaħ lill-patri Gwardjan tal-post Padre Gianmarco u għalkemm ma kienux jafu bina, il-Gwardjan ma qagħadx jaħsibha darbtejn biex jistedinna ħalli f’nofsinhar nieklu mall-komunita’. Hawnhekk ukoll kilna ikla tajba; u peress li dak inhar mal-komunita’  kien hemm kantanta klassika Ġappuniza, wara l-ikel il-Gwardjan qalilha biex tkantalna xi ħaġa bil-vuċi sabiħa tagħha; kantat ‘O Sole mio’. Imbagħad Patri Mario u Patri Andrew flimkien ma’  xi zgħazagħ għenu fil-ħasil tal-platti. Irringrazzjajna. Sellimna bit-tislima tal-paċi franġiskana lill-Gwardjan u l-komunita’.  U tlaqna minn Rivotorto fis-2.15pm; issa kien imiss Santa Maria degli Anġeli; kien hemm ġibda mhux ħazin, barra x-xemx li kienet fl-aqwa tagħha.  Izda iz-zgħazagħ bejn il-kant u bejn xi ċajta ‘l hinn u ‘l haw, bejn niedħu r-ritratti tul il-mixja, ma intebħux bit-tul li kien hemm, u għaddejjin wieħed wara l-ieħor, fl-aħħar wasalna. Daħalna f’din il-Bazilika importanti għalina l-franġiskani. F’din il-knisja jagħtu s-servizz il-patrijiet franġiskani ta’  Ġesu’, f’Malta insibuhom bħala l-franġiskani ta’  Ġiezu;  qagħadna ftit nistrieħu bil-qegħda fuq bank tal-knisja, imbagħad dorna dawra l-knisja u Patri Mario mar jirranġa biex nistgħu nqaddsu u nitolbu hawnhekk. Indunajna pero’  li f’dak il-ħin fil-Bazilika kienu ser jiċċelebraw il-funeral ta’  xi Patri li miet; f’Santa Maria degli Angeli hemm infermerija għall-patrijiet anzjani. Flok qaddisna fil-knisja l-kbira, ħaduna f’kappella tal-kripta u talbna u qaddisna hemmhekk. Patri Andrew qaddes u Robert Calleja anima ċ-ċelebrazzjoni bil-kant u d-daqq tal-orgni. Wara l-quddiesa dħalna fil-knisja ċ-ċkejkna dik li l-aktar magħrufa bħala il-PORZIUNCOLA, u hawnhekk tlabna u ħadna l-indulġenza plenarja mogħtija mill-Knisja lil dawk li jzuru dan l-imkien qaddis. L-għejja kienet tidher fuq wiċċ kulħadd, speċjalment kien hemm wieħed mill-grupp ftit anzjan, stħajjilna li kien se jaqa’ fl-art bl-għejja! Anzi imbierek Alla, x’ħin sema’ li mhux ser nimxu u minn hemm konna sejrin bil-karozza lejn Assisi, qisu ħa r-ruħ dan l-anzjan. Kos dawn ix-xjuħ  ukoll! Wasalna Assisi fid-Dar tas-sorijiet, inħsilna u fis-7.30pm għamilna l-ikla ta’  fl-għaxija. Din l-ikla reġgħet tat enerġija ġdida liz-zgħazagħ, u wara l-ikel erġajna ħriġna fit-toroq t’Assisi.  Tajjeb wieħed jgħid li dan ir-raħal t’Assisi tista’  tgħid li fih hemm triq waħda biss; triq twila ħafna, imzejna kollha kemm hi bil-ħwienet ta’  kull xorta u fiha hemm zewġ pjazez kbar fejn isiru l-‘festivals’ bil-logħob tal-bnadar, daqq u logħob ieħor. Fil-grupp kelna nieqes lill-anzjan għax mid-dehra l-mixi ħadlu l-ħitan ta’ saqajh u ma setax jimxi sew beda jimxi imfettaħ u bl-uġiegħ.  

Illum kienet ġurnata li fiha tajna l-enerġija kollha tagħna. Imma kienet ġurnata li tibqa’ mfakkra.