Day 3

 

Il-Ħamis 22 t’Awissu

It-tielet jum. Dalgħodu komna ftit kmieni għax wara l-kolazzjoni ridna nkunu fit-8.00am fil-Bazilika ta’  San Franġisk biex inqaddsu fuq il-qabar ta’  Missierna San Franġisk t’Assisi. Veru li ħadna l-kolazzjoni xi ftit bil-għaġġla; tant li wieħed mill-fathers, li la kien il-Brother, la kien il-leader u l-anqas l-anzjan, wieħed mill-fathers li ma jissemmiex ismu, bl-għaġġla qelgħeb il-kikkra tal-kafe fuq il-mejda, u għamel rebus sħiħ; tgħidx x’tassida ġiet bil-ħobz, ‘tissues’ kollox iċafċaf fil-kaffe’ latte! Tlaqna mid-dar u fit-8.10am wasalna fil-kripta fejn hemm midfun il-ġisem ta’  San Franġisk Missierna, indukrat b’għozza kbira mill-patrijiet tagħna franġiskani konventwali. Patri Ġorġ Zammit qaddes il-quddiesa fuq l-artal imqaddes, tlabna għall-ġenituri tagħna, għall-Provinċjal peress li f’dawk il-ġranet kien ser jidħol l-isptar ... insomma tlabna ħafna. Barra Patri Mario u Patri Andrew, ikkonċelebra magħna Patri Charles Baldacchino. Il-patri l-malti qalilna li kellem lis-superjur tas-Sacro Convento, aħna ngħidulu l-Kustodju, u dan qallu biex fin-12.30pm nieklu mal-patrijiet tal-komunita’. Tgħidx x’għors għamlu z-zgħazagħ tagħna meta daħlu fir-refittorju ta’  Assisi u raw il-kobor immens ta’  dan il-post li normalment jieklu fih ‘il fuq minn tlett mitt ruħ. Ilkoll kilna tajjeb u xrobna mhux biss ilma, imma anke xi ftit tal-għenba!!! Imbierek Alla kulħadd fetaħ  aptit kemm ilna barra minn Malta, qisu l-Italja dinja oħra, avolja bħalissa bla Gvern! Wara ikla tajba fis-Sacro Convento, tlaqna lura fid-Dar fejn qed noqgħodu u Patri Mario qalilna li fil-5.00pm se noħorġu f’imkejjen oħra marbuta mal-ħajja ta’  San Franġisk. Morna naraw il-Bazilika ta’  Santa Kjara, fejn hemm il-ġisem tal-qaddisa.  Hawnhekk tlabna flimkien mas-sorijiet klarissi. Zorna il-Kattedral t’Assisi, San Ruffino li kien l-ewwel Isqof t’Assisi, fejn għad hemm il-fonti tal-Magħmudija fejn tgħammdu San Franġisk, Santa Kjara u San Gabriel tal-Addolorata. Morna ukoll San Francesco Piccolino, fejn jingħad li 1182 twieled San Franġisk. Irritornajna d-dar u kulħadd mar jipprepara l-bagalja u jiġbor l-affarijiet personali għax għada nitilqu minn Assisi fi triqtna lejn Ruma. Fis-7.30pm kilna għand is-sorijiet u wara l-ikel Patri Mario qalilna li ser noħorġu mmorru nieħdu ġelat.  Ħadd ma qal le; fil-pjazza t’Assisi kien hemm dak li jsejħulu Calen’ di Assisi, festival tal-gokoljiri bil-bnadar, logħob tan-nar, zfin u daqq. Hawnhekk kif wasalna ħadna ġelat. Imbagħad patri Mario qalilna li peress f’Assisi m’hemmx fejn tintilef għax triq waħda dritta hemm, qalilna li kulħadd imur izur il-‘bankarelli’ li kien hemm fuq xaqliba tat-triq jbiegħu affarijiet tal-artiġjanat t’Assisi. Kien hemm ukoll ħaddied li kien jiġbed l-attenzjoni tat-turisti u n-nies madwaru billi jaħdem affarijiet fuq l-inkwina u jistieden lin-nies jekk għandhomx ħila jaqilgħu xabla tal-ħadid minn blokka ġebel.

Hawnhekk nixtieq insemmi ċajta li bdew jagħmlu zewġ zgħazagħ tagħna Antonio u Josef. Mela Antonio kien liebes flokk li kellu kitarra mpenġija fuqu; x’għamel?  Bil-mobile irranġa d-daqq għall-kitarra, u taparsi beda jdoqq il-kitarra fuq il-flokk u jinstema’  d-daqq tal-kitarra ħiereġ mill-mobile li kien moħbi taħt il-flokk. Kienet ċajta simpatika s’hawn! Izda dawn iz-zewġ ġuvintur ftehmu bejniethom biex imorru qrib in-nies li kienu għaddejja fit-triq, Antonio taparsi jdoqq il-kitarra fuq il-T shirt, u Josef bil-beritta f’idu jipprezenta ruħu biex in-nies tati l-flus. In-nies ħaduha ċ-ċajta taz-zewġ  zgħazagħ, izda kien hemm nies li ma ndunawx li kienet ċajta u tawhom il-flus.  Imma dawn iz-zgħazagħ meta indunaw li ċertu nies ma ndunawx biċ-ċajta, ma ħadux il-flus li offrewlhom in-nies u qalulhom li kienet ċajta. Prosit ħej kemm tafu tidħqu bin-nies.

Bro. Etienne kien dejjem jieħu ħsieb biex izomm l-ordni fost iz-zgħazagħ.  Biex niċċajtaw konna ngħidulu il- ‘mastru tad-dixxiplina’ għax kien joqgħod attenti għaz-zgħazagħ tagħna. Għalkemm, ħa ngħidilkom ukoll, li darba Bro Etienne tilef il-boxxla għax xi ħadd rifislu wieħed mill-ħames swaba ta’ saqajh, u ma ngħidilkomx x’waħda pulita qal bil-karkariz ........ “Mulej aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jgħidu!                                                                                                                                        Hiiiiii kemm sar ħin, il-11.15pm. Tlaqna norqdu għaliex għada rridu nqumu kmien, fis-7.30am quddiesa u tifħir ta’  sbieħ il-jum għand is-sorijiet u nitilqu minn Assisi lejn Ruma. Goodnight boys! Tinsewx għada se nqumu kmieni. Goooooooodnight.