Day 4

Il-Ġimgħa 23 t’Awissu

 

Qomt kmieni. Kemm hi sabiħa x-xemx tiela’  fil-għodu kmieni fuq xefaq Assisi! Quddiesa u Lodi fis-7.30am.  Wara ħadna l-kolazzjon għand is-soru, irringrazzjajnalis-sorijiet, tajnihom l-offerta tagħna u tlaqna lejn il-‘bus stop’ biex immorru fl-istazzjon ċkejken t’Assisi, nieħdu t-train lejn Ruma. Fl-10.35am ġie il-coach u f’10 minuti sibna ruħna l-istazzjon t’Assisi. Hawnhekk stennejna tliet kwarti u hekku ġiet it-train Minn Perugia lejn Assisi; it-train li twassalna lejn Ruma, vjaġġ ta’  satejn u kwart. Kif tlajna fit-train il-vaguni kienu kwazi vojta u poġġejna il-bagalji f’posthom. Trid tara liz-zgħazagħ ilkoll ifittxu tieqa biex jagħtu l-aħħar titwila mill-bogħod lil dik il-belt ċkejkna ta’  Assisi li ħalliet memorji verament sbieħ fil-qalb ta’  dawn iz-zgħazagħ. It-train bdiet titbiegħed minn Assisi għaddejna Foligno, Spoleto, Terni, Narni-Amelia, Orte, insomma l-irħula u blieta bdew jitnaqru wieħed wieħed sakemm sibna ruħna mdawrin minn medda għelieqi tal-kampanja. Matul il-vjaġġ, ilkoll sibna l-ħin biex norqdu xi raqda, kien hemm min beda jaqra jew jieħu xi ritratt ta’  sħabu reqdin, ‘relaxed’. Wasalna qrib Ruma Tiburtina u hemm stennejna train oħra ġejja minn Stazzjon termini. Irkibna u din it-train kellha twassalna għall-‘underground ta’  Laurentina fejn kelna ninzlu u naqbdu 10 minuti triq li tati lejn il-Kulleġġ internazzjonali tal-Ordni tagħna, is-SERAPHICUM fejn se niġu ospitati sakemm indumu Ruma. Tellgħajna l-bagalji, ħadna il-kmamar tagħna, inħsibna ftit mir-riħa ta’ qrusa jintenn tal-għaraq.  Fit-8.00pm morna nieklu mal-komunita’  tas-Seraphicum; b’xorti ħazina għalina llum inzerta l-ġimgħa u hawnhekk isumu. Kilna ftit minestra, ħaxix, zebbuġ u biċċ ħuta tgħoma ta’  xej’ ... dak għadda l-kunvent. Drabi kilna pranzu abbundanti, din id-darba ma tantx ġietna zewġ! Kien hemm min ma jħobbx il-ħaxix, u metA Patri Mario qallu mela xi tħobb? Wieġbu “I love potato, my life is potato!” Bil-paċenzja kollha Patri Mario sab irkaptu biex kulħadd kiel u lkoll xbajna.

Wara l-ikel f’xi 9.00pm, xi membri mis-Seraphicum stiednu liz-zgħazagħ tagħna biex jilagħbu logħba ‘basket-ball’. Imbierek Alla x’saħħa u enerġijaiz-zgħazagħ tagħna, wara ġurnata sħiħ nivvjaġġjaw u nkaxkru il-bagalji tqal li kellna, kien għad baqagħlhom enerġija jilagħbu. Fl-10.45, Patri Mario qalilna biex immoru ‘l fuq u norqdu. Tlajna ... intfew id-dwal u wara ftit beda jinstema’  l-inħir ta’  min raqad fil-fond u ma ħalliex lill-ħaddieħor jorqod. Wara ftit skiet kbir.  Kulħadd raqad. Good night.  U għadda l-ewwel jum f’Ruma.