Day 5

 

Is-Sibt 24 t’Awissu

Dalgħodu qomna fis-7.30am u morna nitolbu fil-kappella ngħidu t-tifħir ta’  sbieħ il-jum. Illum ukoll kienet ġurnata sabiħa. Ħadna B/fast abbundanti. Patri Mario ppreparana li llum se jkollna ġurnata mixi; kien hemm xi uħud li f'qalbhom qalu 'ajma lale’’ il-mixi hawnhekk mhux bħal mixi fl-irħula tagħna; biex tasal x’imkien yaqla’  fwiedek! Imma ħalli ma ngergrux għax jaħsbuna xjuħ; ix-xjuħ jgħidu li jgergru.  Fid-9.00am tlaqna lejn San Pietru, il-Vatikan.  Kif wasalna fil-pjazza San Pietru minn sbieħ Alla kien hemm ġa kju kbir ta’  nies jistennew biex jidħlu fil-Bazilika ta’  San Pietru. Ix-xema kienet ġa kkargata, tizreġ.  Qgħadna fil-kju, u pass wara l-ieħor, bl-għaujnuna tal-ħanin Alla wasalna u dħalna fil-Bazilika ta’  San Pietru. Kif dħalna, knisja mizgħuda ġa bin-nies, mort infittxu lil Patri Ġorġ Attard il-penitenzier malti li jagħti servizz fil-Vatikan, u qagħad ftit magħna. Imbagħad ġie Dun Frans Bonniċi li jaħdem f’San Pietru u wara ftit iltqajna mal-abbatini maltin li jumejn ilu waslu l-Vatikan biex jagħtu s-servizz tagħhom fil-Bazilika. Illum flimkien ma’  Dun Frans Bonnici li huwa wieħed mill-Monsinjuri tal-Bazilika ta’  San Pietru,qaddisna fuq l-artal ta’  San Ġuzepp f’wieħed mill-kappelluni tal-Bazilika. Wara l-quddiesa ġbidna kemm flaħna ritratti tal-monumenti li haw’ u ħriġna mill-Bazilika. Morna nieklu f;retaurant qrib il-kanċell ta’  Sant Anna.  Sakemm ġabulna l-ikel, tgħidx kemm rajna avventuri li jgħaddu minnhom l-afrikani ta’  Ruma, il-Vu Cumpra’  li joqgħodu jbiegħu basktijiet u oġġetti oħra fuq il-bankini tat-triq. Spiċċajna nieklu fis-satgħejn ta’  wara nofs inhar u tlaqna nimxu lejn PIAZZA del POPLO; minn hemm ġbidna lejn VILLA BORGHESE, tlajna telgħa tal-beati Paoli!!! Imma tlajniha taaaaa’. Minn fuq din l-għolja ta’  Villa Borgese rajna panoramamill-isbaħ  ta’  Pjazza del Popolo u ta’ frazzjoni mill-belt ta’  Ruma. Hawnhekk striħajn fuq bank; tgħidx kemm kien hawn ziffa friska li friskatna lkoll. Inzilna bil-mod il-mod lejn PJAZZA di SPAGNA, ħadna ħafna ritratti fuq l-iskalinata tal-monument u minn din il-pjazza morna nzuru FONTANA di TREVI, u hawnhekk it-triq kienet maħnuqa bit-turisti min jieħu r-ritratti, min jitfa’  l-flus fil-funtana bit-tama li jerġa’  jiġi sena oħra. Insomma qbadna mexjin u ġbidna lejn il-Bazilika tal-patrijiet tagħna SANTI XI APPOSTOLI, fejn hem midfuna l-iġsma ta’  San Ġakbu z-zgħir u San Filippu. Għaddejna minn PJAZZA VENEZJA, rajna l-monument DELLA PATRIA u qajla qajla bdejna mexjin lejn il-COLOSSEO. Issa l-għajja bdiet tinħass; x’iħud bdew jiġbdu lura. Min kellu saħħa aktar min x’uħud, tara l-qalb tajba ta’  dawn iz-zgħazagħ tagħna joffru l-għajnuna ... Jean Paul, Josef, Antonio u l-oħrajn kollha wieħed jgħin lill-ieħor għax min kellu ġerħa f’saqgħajh bil-mixi, min ix-xemx għamlet bih, min l-eta’ bdiet tagħmel tagħha ...  fis-6.45pm ħadna l-underground minn ħdejn il-Colosseo u bl-għajnuna t’Alla wasalna d-dar. Għall-erwieħħħħħ!!!!! Inħsilna u fit-8.00pm inzilna fir-refittorju nieklu mal-patrijiet tas-Seraphicum.

Għaddiet ġurnata oħra, għajjenin, imma kulħadd qal li kienet ‘worthed’, ħadna gost. Qabel ngħaddi ‘l quddiem, nixtieq nirrakkonta avventura li ġrat lil tliet zgħazagħ tagħna meta konna għadna kemm tlaqna minn ħdejn Fontana di Trevi.  Mela konna mexjin, minn quddiem ħafna, min fin-nofs, min miexi lura, nies ġejjin u sejrin wieħed jaħbat ma’  l-ieħor. Kien hemm Zingara, mara li f’idejha kellha tliet amorini ‘fidili’. Din biex jaqla’  xi ħaġa tal-flus kienet tpoġġilek l-amorini fuq ispalla imbagħad wara jiġri dak li ġara lil Jean Paul, Josef u Antonio. X’ġaralhom mela?  Mela, x’ħin Josef ra l-amorini daqshekk mansi, ġibed l-attenzjoni lil sieħbu Jean Paul u Antonio ġibet ritratti lil Jean Paul bl-amorini fuq il-beritta tiegħu, u Josef bl-amorini fuq spallejh. It-tlieta ferħana b’amorini, u bir-ritratti li ħadu u fl-aħħar dik il-mara zingara talbithom il-flus. Ftit il-bogħod kien hemm wieħed mill-fathers tagħna, Patri Ġorġ Zammit u ra li din il-mara talbet il-flus liz-zgħazagħ. Hawnhekk hekk jagħmlu, japrofittaw ruħhom minn kollox u minn kulħadd.  Il-father resaq bilġri, ħataf lil dik iz-zingara, u qal liz-zgħazagħ jibqgħu mexjin u ma jagħtux flus liz-zingara. U Josef, Jean Paul u Antonio baqgħu ħalqhom miftuħ ... u qabdu r-rotta biex jilħqu ma’  sħabhom.  Ma kienux amorini!!!