Day 7

 

It-Tnejn 26 t’Awissu

Kif ftaħna għajnejna, indunajna li llum se jkollna ġurnata sabiħa. Fis-7.30am iltqajna fil-kappella biex nitolbu t-tifħir ta’  Sbieħ il-Jum u niċċelebraw l-Ewkaristija. Morna għall-kolazzjon u Patri Mario qalilna li llum irrid inħaffu għaliex fl-10.00am irridu niltaqgħu ma’  Patri Ġorġ Attard, il-penitenzier, għax illum ġabilna l-permess biex ikun jista’  jdawwarna fil-ġonna Vatikana. Fl-10.20am konna fi pjazza San Pietru, ġie Patri Ġorġ u b’riħtu dħalna fil-ġonna tal-Papa. F’kull rokna ta’  dawn il-ġonna li huma kbar daqs wieħed mill-irħula maltin, f’kull rokna hemm il-pulizija għassa u jikkontrollaw lil kull min jidħol. Ħadt ma jista’  jidħol f’dawn il-ġonna jekk ma jkollux permessi speċjali. Fil-fatt, fil-ħin li dħalna aħna, aħna konna l-uniku grupp fil-gnien, u jekk għamilna siegħa nduru, f’siegħa grupp ieħor biss kien qed idur dawn il-ġonna. Rajna il-post fejn qed jgħix il-Papa Emeritus Benedettu XVI, rajna il-grotta tal-Lourdes fejn Benedettu XVI imur jgħid ir-ruzarju. Il-ġonna vatikana huma fost l-isbaħ gioelli li hawn il-vatikan; ħaxix maqtugħ b’disinji, indafa, ordni u monumenti. Waqafna fejn hemm l-istatwa tal-bronz San Mikiel u ta’  taħtu. Hawnhekk iz-zagħzugħ Michael Grech inħall x’ħin ra l-istatwa tal-qaddis patrun tiegħu; hawnhekk ġbidna ritratti li f’xi wħud iktar deher ta’  taħt San Mikiel milli l-qaddis! Tlajna tela ta’ misericordja, telgħa li twassal għall-blokk jgħidulu il Governorato, biex niftehmu, hawnhekk haw l-uffiċini tal-Gvern tal-Vatikan. Minn kulfej’  għaddejna, mn’Alla kien “ġiorġi tagħna” għax kienu ma stajniex navvanzaw ‘l quddiem; imma patri Ġorġ kien juri l-ID li huwa penitenzier tal-Vatikan, u aħna, warajh nimxu u ngħaddu ‘l quddiem. Iz-zjara tal-ġonna Vatikana waslet fit-tmien meta wieħed mill-gwardji talab xi dokument ieħor lil Patri Ġorġ Attard, u peress li l-patri ħalla warajh dan id-dokument, kelna bħaċ- .... ċeijiet ninzlu mit-telgħa li konna għadna kif għamilna. Iddeċidejna nieħdu t-triq li twass lejn il-kanċelli ta’  Sant’ Anna u ħriġna mit-territorju tal-Vatikan. Minn hawnhekk, Patri Mario tana ċans ta’  siegħa biex immorru “shopping” min irid, u lkoll inltqajna f’hanut jismu  ‘Soprani’. Wara morna nieklu u ġie magħna Patri Ġorġ Attard imbagħad wara l-ikel, sellimna u rringrazzjajna lil Patri Ġorġ u morna naqbdu il-Metro minn Ottaviano li wassalna għall-istazzjon Termini, u minn haw’ qbadna il-Metro li wasslitna fil-post fejn irridu naslu, Laurentina. Qbadna nimxu lejn is-Seraphicum, għaxar minuti bogħod mil-Metro. X’uħud miz-zgħazagħ baqgħu fl-istazzjoni jagħmlu xi ‘tags’  tal-metal biex jibqgħu tifkira ta’  din l-avventura tagħna f’Ruma.

Hekk kif wasalna s-Seraphicum, morna ninħaslu u lkoll inġbarna biex nippreparaw il-bagalji għax għada t-tnejn, irridu nitilqu kmieni mis-Seraphicum fi triqtna lejn l-ajruport ta’  Fiumicino biex nirritornaw lejn Malta. Fis-7.30pm morna nitolbu fil-kappella, imbagħ#ad fit-8.00pm morna nieklu mal-patrijiet. Illejla iz-zgħazagħ kienu preparati li ser jilagħbu logħba football mal-personel tas-Seraphicum. Għalkemm illum smajna li miet il-Papa’ ta’  Fr. Louis, indjan viċi rettur tas-Seraphicum, iz-zgħazagħ tagħna xogħol xtaqu jilagħbu l-football. Lagħbna logħba bejnietna, min lagħab ħafi, min bil-fip-flop, min anzjan ta’ 66 sena, insomma lagħbna bit-tilqit li kelna, imma iz-zgħazagħ xorta ħadu pjaċir. L-aħjar li lagħab kien Patri Andrew; din kienet l-ewwel logħba ta’  ħajtu. Dawk li taw saħħithom kollha, u għerqu l-għaraq tad-demm biex jiskurjaw kienu: Gary, Josef, Kurt, Antonio, Daniel, Brandon u Michael Attard ... u Bro Etienne; l-oħrajn kienu as-‘support’.

Fl-10.20pm Patri Mario qalilna biex niġbru l-affarijiet u ninġabru fil-kmamar biex ninħaslu u norqdu għax għada ser nirritornaw lejn “din l-art ħelwa ... għasel”!