Day 8

 

It-Tlieta 26 t’Awissu

Il-Mulej kien magħna f’kull sekonda; dan ilkoll kemm aħna ħassejnieh. Isimgħu l-aħħar waħda. Mela wieħed mill-Fathers tas-Serphicum Fra Corrado, staqsa lil Patri Mario biex konna ser immorru l-ajruport. Patri Mario qallu, li konna sejrin bit-trasport pubbliku. Dan il-Father tas-Sephicum qallu: “le ta, issa inwasslukom aħna biz-zewġ vans kbar tagħna”, u hekk jiffrankawlna ħafna ‘hassle’. Sa l-aħħar minuta baqa’  jieħdu ħsiebna l-Mulej. Fis-7.00am morna nitolbu u nirringrazzjaw lil Alla, Patri Mario qaddes u fakkarna kemm il-Mulej ħa ħsiebna matul din il-ġimgħa sabiħa li għexna flimkien bħal aħwa.  Wara ħadna l-kolazzjoni u fit-8.15am tlaqna bil- ‘vans’ lejn l-ajruport. Konna Fiumicino fid-9.00am. X’ħin wasalna l-airport, ilkoll inġorru l-bagalji, tgħidx kemm domna nimxu fl-ajruport sakemm wasalna fejn kellna nagħmlu ic- ‘check-in’. Wasalna, u wara xi nofs siegħa nistennew, ġie ‘hostess’  u qaltilna li l-passiġġiera għal Malta jridu jmorru f’gate’  ieħor’. Aħna obdejna, għax zgur konna nibqgħu l-art kieku bqajna fejn konna. Hawnhekk ukoll kellna cans ta’  nofs siegħa nixru l-aħħar affarijiet minn Ruma.

Fil-11.00am bdejna deħlin mill-‘gate’ li twassal għall-karozza li teħodna fuq l-ajruplan tal-AirMalta. Fil-11.35am l-ajruplan uriena x’veloċita’  jiġri biha fir-‘runway’ u f’kemm ilni ngħidlek sibna ruħna bejn is-sema u l-art fi triqtna lejn Malta.  Kelna vjaġġ pjaċevoli; u f’temp ta’  siegħa u ftit wasalna fuq il-gzejjer maltin, imbagħad ‘illandjajna’ fl-ajruport internazzjonali ta’  Malta.

Morna għall-baqalji u ġbarna ħwejjiġna u lkoll bdejn mexjin biex noħorġu milll-ajruport. Kien hemm il-ġenituri taz-zgħazagħ qed jistennew ħerqana biex jaraw lill-uliedhom. Mill-patrijiet kien hemm airport Patri Donald Bellizzi, patri tagħna li huwa kappillan tal-airport, u kien hemm Bro Joseph u Bro. Christian jilqugħna.

Wara din l-esperjenza ta’ Assisi-Ruma bil-grupp vokazzjonali, Patri Mario, Patri Andrew, Bro. Etienne u Patri Ġorġ, flimkien maz-zgħazagħ: Antonio, Jean Paul, Josef, Kurt, Gary, Michael G, Michael A, Daniel, Brandon u Robert, aħna xhieda li f’din il-ġimgħa l-Mulej għamel magħna ħwejjeġ  kbar. Ta’  dan nirringrazzjaw ukoll lill-Ministru Provinċjal Patri Alfred Calleja li tana din l-opportunita’ li zgur ilkoll kemm aħna nibqgħu ngħozzu fil-qalb tagħna.