History of the Event

IL-KUMMISSJONI  VOKAZZJONALI OFM Conv.

 

Wara l-Kapitlu Ordinarju Provinċjali tat-2011, il-Provinċjali Patri Alfred Calleja OFM Conv., għazel bħala promotur tal-vokazzjonijiet franġiskani konventwali liz-zagħzugħ Patri Mario Sant OFM Conv. Miegħu l-Provinċjal waqqaf kummissjoni ta’ tliet reliġjuzi: Patri Andrew Galea, rettur tal-probandi, Bro. Etienne Gilson u Patri Ġorġ Zammit, definitur provinċjali.

Il-ħidma ewlenija tal-Kummissjoni vokazzjonali hija biex tipprogramma strateġija, ħalli tħajjar zgħazagħ jagħmlu l-esperjenza ta’  San Franġisk t’Assisi Missierna, li bil-Kelma tal-Vanġelu għamel programm ta’  ħajtu.  Din il-ħidma bdiet qabelxej’  billi  fuq livell provinċjali jsir talb għall-vokazzjonijiet, adorazzjonijiet Ewkaristiċi b’risq il-vokazzjonijiet, laqgħat fl-iskejjel u f’kuntatt ma’ zgħazagħ ‘one-to-one’ u b’tant ħidmiet oħra mzewqa.

Ħidma partikulari li laqqgħet flimkien zgħazagħ ta’  kull eta’ kienet tikkonsisti f’diversi  esperjenzi li saru stil ta’ vaganzi f’Għawdex, esperjenzi li saru fil-Komunita’  tal-Qawra, fejn hemm id-Dar tal-formazzjoni mmexxija minn Patri Andrew Galea, zjajjar lir-reliġjuzi li jinsabu fid-Dar tal-Kleru B’Kara u f’attivitajiet li l-Provinċja kienet torganizza għall-aħwa tal-komunitajiet, bħaċ-ċelebrazzjonijiet li saru mas-sorijiet Klarissi ta’  San Ġiljan, u attivitajiet oħra.

Patri Mario, il-promutur ippropona lill-Kummissjoni biex norganizzaw esperjenza vokazzjonali qawwija għaz-zgħazagħ li lestew il-Form V u għal dawk li qed jagħmlu l-Form Six, u li jagħmlu parti mill-grupp vokazzjonali. L-esperjenza qawwija kellha tkun li nieħdu z-zgħazagħ il-kbar fil-POSTIJIET FEJN GĦEX SAN FRANĠISK T’ASSISI. Saret it-talba lil Ministru Provinċjal Patri Alfred Calleja, u bla ebda tfixkil wera entuzjazmu biex il-kummissjoni torganizza din il- “ġita-pellegrinaġġ” fil-postijiet franġiskani għaz-zgħazagħ tal-grupp vokazzjonali kbar. Patri Mario Santa flimkien ma’  Patri Andrew Galea bdew jippreparaw il-programm tal-ESPERJENZA  ASSISI – Awissu 2013; imbagħad ġie stampat il-materjal tal-informazzjoni dwar il-postijiet fejn ser immorru; ġie mħejji wkoll ktieb tat-talb fejn fih hemm it-talb ta’ Tifħir ta’  Sbieħ il-Jum, l-Għasar ta’ kull ġurnata li ser inkunu msiefra u l-Kant li bih nanimaw iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Minn ħafna qabel Patri Mario għamel il-kuntatti ma’  barra minn Malta fejn ser noqgħodu, fejn ser nieklu ... insomma l-ħsibijiet waqgħu kollha fuq il-‘leader’ ta’  dan it-tour franġisikan Patri Mario.