Id-Dixxipli tà Għemmaws

 

Ninsabu fil-ġimgħa tal-Għid fejn il-Knisja għażlet li ttawwal din il-ġurnata għall-tmient t’ijiem sħaħ sabiex turina s-solennità u l-importanza ta’ din il-festa fil-ħajja nisranija. Hija il-festa tal-festi. F’dan iż-żmien, fil-knisja nisimgħu is-silta tad-dixxipli ta’ Għemmaws. Xtaqt għalhekk naqsam magħkom xi riflessjonijiet dwar din is-silta

Fil-persunaġġi ta’ din is-silta: Kleofa u l-ieħor mingħajr isem (li nista’nkun jien jew int) ninnutaw tlett sentimenti  komuni:

 

1. Qtigħ il-qalb

2. Delużi minn Ġesù

3. Nuqqas ta’ fiduċja fil-komunità tagħhom – n-nisa li qalulhom li Ġesù qam iżda xorta ma għemmnuhomx u telqgħu l-bogħod minn Ġerusalemm u aħna nafu kif nispiċċaw jekk mmorru l-bogħod minn Ġerusalemm: naqgħu taħt idejn il-ħallelin (Sammaritan) maħtufa mill-ilpup (r-Ragħaj it-Tajjeb) qalb il-qżieqeż (il-Missier ħali fil-ħniena).

 

Dawn it-tlett sentimenti komuni huma l-istess li ħafna drabi ngħixu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Malta hawn devozzjoni kbira lejn is-Salib u d-duluri speċjalment. Iżda ħafna drabi nieqfu hemm. Nieqfu nibku wieqfa taħt is-salib u ma ngħixux dak il-passaġġ tal-Għid tal-Mulej. Li kieku ir-Ragħaj tagħna ma qamx minn bejn l-imwiet inutli hi il-fidi tagħna. Ħafna mexxejja għexu u mietu iżda ħadd minnhom ma reġa’ qam mill-imwiet. Il-Papa Franġisku fil-Via Crucis li għamel ġewwa l-Kolossew ta’ Ruma qal li : “Ir-risposta ta’ Alla fuq is-sofferenza hija waħda: Is-Salib”. Is-Salib, li hu s-sinjal tal-kundanna, għalina sar is-sinjal tas-salvazzjoni. Minnhu ngħaddu għall-Għid. Kif jgħid Pawlu “flimkien miegħu mmutu u flimkien miegħu nirxuxtaw”. Aħna ulied l-Irxoxt u għalkemm is-sofferenza tagħmel parti mir-realtà ta’ kuljum iżda ma għandhiex tkun l-iskop tal-ħajja tagħna. Ġesù rebaħ u aħna lkoll rebbieħa miegħu. Id-dixxipli ta’ Ġħemmaws minħabba s-sofferenza tagħhom, li ħafna drabi tagħlaqna fina nnfusna, ma ntebħux li Ġesu kien miexi magħhom. Kif jgħid Pawlu fl-ittra lil Filippin: “Jiena KOLLOX niflaħ fi Kristu li jsaħħaħni (4, 13)”.

It-tieni parti tal-Vanġelu tkompli hekk: “Mbgħad infetħulhom għajnejhom...”

Hekk ninutaw sewwa għalkemm Ġesu kien miexi magħhom huma ma għarfuhx. Kien miexi magħhom u ma rawħx! Dan xi jfisser? Luqa li qatt ma ra lil Ġesù xi jrid jgħidilna? Fejn nista’ niltaqa ma Ġesù issa li telgħa s-sema? M’għadux magħna? Reġgħa mar lura minn kelmtu?

Il-Vanġelu jkompli billi jgħid illi Ġesu għamel ta’ bir-ruħu li kien sejjer imma id-dixxipli stiednuh jibqa’ jiekol magħhom fil-Lukanda. Niftakru sew li Lukanda tissemgħa x’imkien ieħor: is-Sammaritan it-tajjeb. Skond Santu Wistin il-Lukanda f’Luqa tfisser il-Knisja. Fis-Sammaritan it-Tajjeb, jgħid lil sid il-Lukanda sabiex jeħodlu ħsieb il-pazzjent, jagħtih dak kollu li hu meħtieġ u hekk jonfoq iżjed irrodlu la jerġa jiġi. Ġesù tabib li jħalli l-mediċina tiegħu lil Knisja sabiex tieħu ħsieb il-midneb. U l-mediċina x’inhi hekk mhux is-sagramenti li jagħmluna dejjem iżjed ħaġa waħda fi Kristu: mudell perfett tal-bniedem – iben Alla. L-istess issir fir-rakkont ta’ Għemmaws. Hekk ninutaw sewwa nassistu għal quddiesa ħajja! Il-Kelma mxandra u spjegata (Qari – Omelija) u il-qism tal-ħobż (Ewkaristija). Huwa hemm fejn issa niltaqgħu ma Ġesu b’mod eċċelenti fil-qsim tal-ħobż fejn nagħrfuh u bħad-dixxipli ta’ Għemmaws nsiru missjunari tal-esperjenza personali li aħna nagħmlu ta’ Ġesù.