30 Ħadd matul is-Sena

 

Malta qatt ma ġratli imma meta kont Ruma ġieli kont inkun qed nsuq u hekk kif nispiċċa quddiem xi traffic light, bla ma naf kif kont inħares lejn il-karozza li tkun waqfet maġenbi. Mhux darba jew tnejn, inzertajt rajt xi tfajla (jew mara) li sakemm jaqilbu d-dwal kienet issib ċans tagħmel il-make up, quddiem il-mera’ tal-Windscreen! Heq, ġieli tbissimt u forsi f’qalbi għedt: “Qamet tard dalgħodu” jew inkella: “Ser jaraha sabiħa il-boss illum”.

U hekk għamel il-Fariżew f’din il-parabbola. Jmur biex jidher sabiħ quddiem il-Boss. Jagħmel xebgħa make up sabiex jidher ħelu. Imur quddiemu biex il-boss jgħidlu: “illajs kemm inti tajjeb”! Pero’, forsi mingħajr ma jaf il-Fariżew jiżbalja, u f’diversi affarijiet:

* Wisq probabbli għandu l-idea li biex jintgħġob minn Alla irid joqgħod jiftaħar b’rixu. Kważi jmur quddiemu u jipprova jipperswadiħ li hu tajjeb daqsu. Fi kliem ieħor seta’ qallu: “Isma’ ħi għidli prosit”.

· Skond Ġesu’ kien wieħed minn dawk li kien jafda fiħ innifsu, kien jemmen li hu tajjeb bil-ħila tiegħu u allura m’għandux bżonn ta’ Alla ħlief biex iċapċaplu.

· Nistgħu nimmaġinaw li kien jibża’ mill-kastig li kellu lest għalih Alla, jekk jiżbalja, u allura kien jara lil Alla bħala tirann u mhux bħala Missier li setgħa jaħfirlu dnubietu, jekk jitolbu ħniena.

· Fit-talba tiegħu kiser l-ewwel kmandament; “Ma jkollokx Alla ieħor għajri”. Evidetement la kien jemmen wisq fih innifsu, kien jaħseb li hu xi alla, kien alla tiegħu inniffsu.

· Kiser ukoll il-kmandament tal-imħabba; “Ħobb il-għajrek bħalek inniffsek”. Fit-talba tiegħu jiġġudika lill-għajru bħala: “Ħalliel, inġust u żieni”.

Jekk għadek kif għedt: “Oh...grazzi Mulej li m’iniex bħall dan il-Fariżew, waqajt fi dnub tiegħu...iġġudikajtu. Ġesu’, ta’ intelliġenti li hu jagħmel trick zgħir lil qarrejja ta’ din il-ġrajja. Hekk kif wieħed iserraħ moħħu u jieħu nifs li mhux bħall-Fariżew dak il-ħin ikun sar bħalu. Aħjar malli taqra din il-parabbola tiskopri li fik hemm ukoll il-Fariżew. F’dan il-kas biddel id-diska u itlob it-talba tal-Pubblikan: “Ħenn għalija O Alla għax jiena midneb”.

 

Il-Mulej jagħtik is-sliem