II Ħadd matul is-sena

Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann

Imbaghad fit-tielet jum sar tieg f’Kana tal-Galilija, u omm Gesù kienet hemm. Gesù u d-dixxipli tieghu kienu mistidnin ghat-tieg. Billi naqas l-inbid, omm Gesù qaltlu: Ma baqghalhomx inbid. Gesù qalilha: Ghaliex qieghda tghid lili, mara? Is-siegha tieghi ghadha ma waslitx. Omm Gesù qalet lill-qaddejja: Aghmlu dak li jghidilkom hu. Kien hemm sitt garar tal-hagar lesti ghat-tisfija ritwali tal-Lhud, kull wahda tasa’ xi mitt litru. Gesù qal lill-qaddejja: Imlew il-garar bl-ilma. U huma mlewhom sax-xifer. Imbaghad qalilhom: Issa hudu ftit u newluh lil min jiehu hsieb il-mejda; u huma hadulu minnu. Meta dak li jiehu hsieb il-mejda daq l-ilma mibdul f’inbid u ma kienx jaf mnejn gie — imma l-qaddejja li haduhulu kienu jafu — sejjah lill-gharus, u qallu: Kulhadd iservi l-inbid it-tajjeb l-ewwel, mbaghad, meta jehodhom, dak li hu inqas tajjeb. Imm’int hallejt it-tajjeb sa issa. Dan kien l-ewwel miraklu ta’ Gesù, li ghamlu f’Kana tal-Galilija, fejn wera l-glorja tieghu, u d-dixxipli emmnu fih. Imbaghad nizel Kafarnahum ma’ ommu, hutu u d-dixxipli tieghu, u qaghad hemm ghal ftit jiem.

 

Immagina ftit li tkun waqt tieġ u jiġri xi ħaġa bħal dak li ġara f’Kana tal-Galilija. Immaġina li jispiċċa x-xorb u l-għarajjes jispiċċaw jagħmlu il-brindisi hekk kif jaqsmu il-kejl bl-ilma. Insomma, jekk ma tkunx għażla tagħhom li jkollhom tieġ bla alkaħol, tkun sitwazzjoni naqra imbarazzanti, hux vera? U żgur li hekk ħassewhom dawn iż-żewġ miżżewġin friski minn Kana.

Il-festa tat-tieġ fi żmien Ġesu’ kienet tieħu minn tlett ijiem sa gimgħa u ma kienux jagħmlu inviti għax ir-raħal kollu kien ikun mistieden. Biex ikunu ċerti li kollox imur tajjeb kienu jaqbdu raġel responsabbli biex jieħu ħsieb kollox hu, qisu dak li aħna insejħulu il-best man. Pero’ f’dan il-kaz dan l-imbierek man ma tantx kien best għax donnu qas biss induna li din il-koppja kienet fil-bżonn. Imma waħda mara tinduna, Marija Omm Ġesu’.

Marija hija attenta għal dak kollu li kien qed jiġri, tmur għand Ġesu’u titolbu jagħmel xi ħaġa. Ġesu’ għal bidu ma jridx, skond Hu kienet għadha ma waslitx is-siegħa tiegħu. Imma Marija tordna lil qaddejja biex jagħmlu kull ma jgħidilhom Ġesu’u nafu tajjeb kif tispiċċa l-istorja, kellhom biex jixorbu għal gimgħa oħra!

San Ġwann fl-aħħar tà din is’silta jgħidilna li Ġesu’ wera il-glorja tiegħu u d-dixxipli emmnu fiħ. Għal San Ġwann dan huwa l-ewwel miraklu, l-ewwel sinjal! Kull meta Ġesu’ għamel miraklu ried juri xi ħaġa dwaru.

Forsi għal xi ħadd li sema’ din il-ġrajja għal ħafna snin jista’ jħoss li m’għandha xejn xi tgħidlu. Mela ejjew ma nħallux li tkun hekk illum ukoll. Din il-ġrajja hija ħafna iktar profonda milli wieħed jaħseb. Nafu li għal Lhud ta’ żmien Ġesu’ is-simbolu per eċċellenza tal-ferħ huwa l-inbid. Jidher ċar mela li is-sens profond ta’din il-ġrajja huwa il-kaz ta’żewġ persuni li naqsilhom il-ferħ, u mhux biss żewġ persuni imma il-mistednin kollha tagħhom. Meta Marija tgħid li ma fadlilhomx imbid qed tirreferi għal mistednin kollha. Allura għadna ġrupp ta’ nies li marru biex jifirħu imma ferħ ma hemmx. Xi ħadd jinduna b’dan u jmur għand min jaf li jista’ jagħmel xi ħaġa.

Għalfejn m’għandhomx ferħ dawn in-nies? It-tweġiba insibuha fl-istess pass tal-Vanġelu. Araw naqra “Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, imqiegħda hemm għar rit tal-purifikazzjoni tal-Lhud”! Dawn kienu jkunu hemm biex il-Lhud, l-iktar il-mistiedna tal-għarus, jagħmlu ir-rit tal-purifikazzjoni qabel il-festa. Ġesu’ ser jagħmel xi ħaġa ġdida. Ġesu’ irid juri li l-komunita’ tal-fidi li waqqaf ma tkunx komunita’ ta’ puri, ta’ nies nodfa bl-isforzi tagħhom biss, imma komunita’ li tilqa’ dak il-ġdid li Alla jrid joffri, dak l-imbid ġdid. L-imbid gdid huwa l-imhabba tà Alla li hu jferrà fi qlubna. Tiftakruħ id-diskors tal-imbid ġdid f’damiġjani ġodda?

Ir-reliġjon li kienu qed jgħixu fiha ma kienet imqanqla mill-imħabba imma mill-biżgħa. Ġesu’ juri li l-vera għaqda ma’ Alla tiġi meta inti taċċetta lil Alla kif inhu, għax l-ewwel huwa aċċettak kif int. Huwa Alla li ma jrid jeħodlok xejn, imma jagħtik kollox. M’hemmx imbid, m’hemmx imħabba, m’hemmx ferħ.

Marija hija dik li turi il-veru ferħ minn fejn jiġi, minn Ġesu’ ta’ Nazareth. Hija fehmet li Ġesu’ ser ikun dak li jagħti sens ġdid għal dak kollu li għandu x’jaqsam mar-relazzjoni ma’ Alla. Il-Best man, mhux biss ma fehemx imma qas biss induna. Fl-aħħar imur għand l-għarus u jgħidlu prosit għax ħalla l-imbid tajjeb sal-aħħar. Ara kemm vera ma kienx jaf fejn, ma kienx jaf min fejn hu ġej. Ma kienx jaf min hu dak li jagħti il-veru ferħ.

U dan spiss jiġri lilna. Ma nindunawx li spiċċa l-imbid (ferħ), ma nindunawx għax dejjem għaddejja minn ħaga ghall-oħra. Nħossu il-vojt u  ma nafux minn fejn hu ġej. Inħossuna niġru wara kollox u ma nilħqu xejn. U allura fil-paniku, u forsi għax tiġrilna xi ħaġa li ma nkunux nistennew, arana immorru għand il-Bambin biex nirranġaw l-affarijiet, u meta ma jirrnaġawx bħal donni ngħidu “Qass ħaqq il-panik” u nergħu lura għal ħajja li konna. Nindunaw li spiċċa l-imbid u ma jirnexxilniex naqbdu art x’ser nagħmlu.

Xi jkollna bżonn? Ikollna bżonn ta’ xi ħadd bħal Marija li tgħidilna “Agħmlu dak li jgħidilkom Hu”. “Ħudu sehem minn dak li Ġesu’ irid jagħmel fil-festa ta’ ħajtek”. Hu għandu imbid ġdid! Hu lest li jbiddel dak l-ilma tiegħek, magħmul min reliġjożita’ ta’ obbligi, f’ħajja nisranija li tagħti il-ferħ. Din illum hija il-missjoni tal-Knisja. Żgur li xi darba jew oħra smajtu bl-espressjoni “Evanġelizzazjoni ġdida”, frażi li kienet tant għal qalb il-Papa Ġwanni Pawlu II. X’inhi l-Evanġelizzazjoni il-ġdida jekk mhux li l-Knisja turi fejn hu dan il-veru ferħ?

Għalhekk ejjew aħna wkoll niskopru li l-veru ferħ jinsab fli niltaqaw ma’ Ġesu’ Kristu, li nagħtuh ċans ikellimna f’ widnejna, li jassigurana li ser ikun hu li jpoġġi kollox f’postu, basta aħna nilqgħu l-imħabba tiegħu. Ejjew aħna wkoll inxandruħ bil-ferħ lill-oħrajn u ngħidulhom li Alla huwa imħabba. Ejjew ma nħallux li din iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tintemm eżatt kif jien jew id-djaknu ngħidulkom “Morru fil-Paċi ta’ Kristu”. Ħajjitna hija ta’ Alla, hawn u kullimkien.

L-aħħar kelma. Fil-Vanġelu ta’ San Ġwann, Marija tidher biss darbtejn: It-tieġ ta’ Kana u taħt is-salib. Marija għarfet tkun ma’ Ġesu’ fil-mumenti tal-glorja imma anke fejn il-glorja ma kienetx daqshekk evidenti, anke jekk kienet hemm. Meta waslet is-siegħa tiegħu, Marija baqgħet miegħu. J’Alla aħna wkoll ikollna il-qawwa nixorbu kemm il-kalċi ta’ Kana, kif ukoll dak taċ-ċenaklu għax nemmnu li kemm fl-ewwel kalċi, kif ukoll fit-tieni, Alla juri il-glorja tiegħu fina.