Il-Familja Mqaddsa

Beda t-trouble!

 

Spiss tisma’ lil genituri jilmentaw li hekk kif it-tfal jibdew jitfarfru jibda l-inkwiet dak veru u propju. Spiss tisma’ min jghidlek li t-tfal z-zghar huma ugigh ir-ras, u hekk kif jibdew jikbru ugigh il-qalb. U hekk gara f’dan l-episodju li ghadna kif qrajna. Gesu’ bhal donnu jahrab lil genituri tieghu. Insomma, propjament mhux Gesu’ biss ma jaqtax figura tajba imma anke il-genituri tieghu. Ma ndunawx li ma kienx maghhom fit-triq u jiehdu gurnata biex jindunaw! Ma dawn trid izzid it-tlett ijiem li damu jduru u jaqghqdu ma’ Gerusalem kollha jfittxuh. Hawn min biex jiskuzahom jghid li Marija hasbet li waqt il-vjagg Gesu’ kien ma’ Guzeppi, dan minn naha tieghu haseb li t-tifel Gesu’ kien ma’ Marija. Hu x’inhu Gesu’ intilef u Marija u Guzeppi thawdu!

 

Meta jsibuh jinhasdu! Dak li raw ma kien xejn normali. Isibu lil Gesu’ bilqieghda f’nofs l-ghalliema. Normalment l-imghallmin tal-ligi kienu jintefghu bilqieghda biex jghallmu. Mhux biss il-pozizzjoni fizika kienet turi superjorita’ minn naha ta’ Gesu’ fuq l-imghallmin l-ohra imma anke il-mod kif kien qed igib ruhu: “jismaghhom u jistaqsihom”  u l-evangelista jkompli jghidilna li “kull min semghu baqa’ mistaghgeb bid-dehen u t-twegibiet tieghu!

 

Marija pero’ donna ma taghtix kas ta’ dak li rat, kienet wisq imwegga bl-imgieba tat-tfajjel Gesu’ u ccanfru: “Ibni, dan ghaliex ghamiltilna hekk”? Ara, missierek u jiena konna qieghdin infittxuk b’qalbna maqsuma”! Bhal donna Marija ghadha ma fehmitx dak li kien qed jigri. Normali, Marija ma kienetx Alla. Anke hi kellha tiehu z-zmien biex tifhem dak it-tfajjel kif jidhol fil-pjan ta’Alla. Hi emment imma mhux neċessarjament fehmet, anzi ma fehmitx u dan mhux jien qed nghidu: “Izda kliemu ma fehmuhx” jghidilna Luqa. U dak hu il-kobor ta’ Marija li temmen bla ma tifhem.

 

Marija, bhal kull persuna ohra li iltaqghet ma’ Gesu’ kellha taghmel il-mixja taghha biex tifhem xi haga zghira mill-misteru. Marija kienet kapaċi li l-ewwel tghix il-misteru, u filwaqt li tghixu tifhem xi haga minnu. Hafna drabi ahna l-ewwel nippruvaw nifhmu il-misteru, imbghad nghixuh u meta ma nifmhux, naqtghu qalbna u nhallu kollox, imma hekk inkunu tlifna kull gost li nghixu il-misteru, nkunu tlifna il-misteru innifsu.

 

Jista’ jigrilna wkoll li nahsbu li nkunu fhimna kollox mill-misteru, u nistaghgbu kif ohrajn ghadhom ma waslux biex fehmu dak li fhimna ahna. Imma f’mument Alla jurina li ahna nkunu fhimna, iva, imma bicca! Alla dejjem huwa ‘l fuq minna, hsiebu jara iktar fil-boghod milli nista’ nara jien! Imagginaw kif Marija inhasdet ghal kliem ta’ Gesu’ meta jghidilha: “U ghaliex kontu qed tfittxuni? Ma tafux li jien ghandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri”? Forsi Marija sa dakinhar kienet hasbet li dak huwa binha u bhal kull omm ohra fasslet fuqu progetti, hsibijiet ghal futur sabih, suċċess, imma Gesu’ jaqta’ hesrem. “Le Ma, jien hemm bzonn inkun f’dak li hu ta’ Missieri! Gesu’ ried jidhol kexxun f’dik li hi r-rieda ta’ Missieru! Marija bilmod il-mod tibda tifhem, imma jkollha thallas prezz. Tiftakru meta marret tfittxu, issibu u Gesu’ donnu ma jaghtix kas u jghid: “Min hi ommi, min huma huti”? Min jaf kif segwiet dak li ghadda minnu binha fil-mumenti tal-passjoni tieghu, tara lilu, dak li habbet, fl-ahjar ta’ zghozitu ma’ salib. Imma Marija baqghet hemm dejjem! Wieqfa! Bhal sur li qatt ma jiggarraf.

 

Imma x’kien li wassal lil Marija tibqa’ hemm? X’kien? “Marija kienet tghozz f’qalbha dawn il-hwejjeg kollha”! Iva, Marija bilmod il-mod, pass pass, “iva” fuq “iva” tkompli tidhol f’dak li kien il-misteru ta’ binha, iva misteru ta’ salib, ta’ tbatija, imma wkoll misteru ta’ ferh u glorja!

 

Dak li gara lil din il-mara straordinarja, xbejba minn Nazaret fl-istess hin Omm Alla, jigri lilna wkoll. Hajjitna ukoll hija misteru ta’ tbatija, ferh u glorja. Bilmod il-mod, jekk bil-grazzja t’Alla nghozzu dak kollu li jigrilna f’qalbna, tajjeb u hazin naslu ahna wkoll biex nifhmu dak li hu il-misteru ta’ hajjitna, naslu f’mument nifmhu ahna kif nidhlu fil-misteru! Bhala nibqghu wieqfa quddiem is-salib tal-hajja, maghha nkunu xhieda tal-qawmien, maghha ngawdu ghal dejjem meta naraw wicc imb’wicc lil dak li jixxotta kull demgha minn ghajnejna.