Kulhadd jghajjat! X’gara?

 

L-ghajjat kultant idejjaq, l-iktar jekk tkun tixtieq toqghod naqra fis-skiet u ssib lil xi hadd jghajjat f’widnejk. Ghiduli jkollokx aptit ittajru.

Imma kultant l-ghajjat fih il-gost tieghu. Immaginaw naqra fil-grawnd tal-futbol, waqt xi kuncert tal-muzika, waqt il-festa tar-rahal, waqt li jkun ghaddej il-Papa minn x’imkien vicin tieghek (xi haga li anke ghal min ikun jghix Ruma ghal diversi snin tibqa’ grajja li ma tinderax u jtik li tghajjat kull darba).

Allura l-ghajjat huwa sabih meta huwa espressjoni ta’ferh! Illum il-Litugija wkoll trid tghajjat! Illum anke il-Knisja trid taghmel l-istorbju. Araw naqra xi tghid il-Liturgija. Ilum il-Milied.

Fl-ewwel qari naqraw:

“Ismaghha l-ghajta! L-ghassiesa tieghek ghollew lehenhom, ilkoll flimkien jghajjtu bil-ferh”! “Intom, herbiet ta’Gerusalemm, ghajtu ilkoll bil-ferh”.

Anke fis-Salm Responsorjali qrajna: “Ghajtu bil-ferh lill-Mulej fl-art kollha, infexxu fil-hena, ifirhu u ghannu”. “Ghajtu bil-ferh quddiem il-Mulej is-Sultan”.

Anke fil-Vangelu qed jghajjtu. Jghidilna l-Evangelista: Gwanni ta xhieda fuqu meta ghajjat u qal: “Dan hu li ghalih ghedtilkom: “jigi warajja, imma hu aqwa minni ghax kien qabli”.

Illum qed nghajtu bil-ferh ghax Alla qed jghidilna car u tond li hu l-Emmanuel, l-Alla maghna. Mhix xi haga zghira tafux. Waqt li kull religjon fid-dinja tfittex li tilhaq lil Alla, billi tahrab mid-dinja, billi jkollha esperjenzi spiritwali ghola biex titla ‘l fuq ‘l fuq biex tilhaq lil Alla, Alla taghna nizel fostna u ghammar maghna.

L-Iben ta’Alla sar bniedem, jaf tajjeb dak kollu li nhossu ahna, jaf x’ígifieri tkun ferhan, tmur tieg, taghmel ikla mal-hbieb. Jaf xínhu is-success, jaf xínhi il-hbiberija, jaf xínhu il-falliment, jaf xígifieri ma jifmhukx, ma jhobbukx, jittraduk, joqtluk. Jaf, ghax gie fostna u ghammar maghna. U x’gie jaghmel? Gie biex jurina li Alla hu maghna! Gie biex jghidilna li Alla taghna kapaci jifrah maghna, kapaci jibki maghna. Gie biex isalvana mis-solitudni, li gghelek thossok wahdek fil-maltempati tal-hajja.

Kemm –il darba jigrilna li niltaqghu ma’ xi hadd important, jew ghandu xi kariga gholja, bhal nghidu ahna il-President, kap ta’l-iskola, qassis, etc u naraw kemm jirrispetta lil kulhadd, ahna nikkumentaw: “Kemm jaf imur tajjeb man-nies, kemm hu dhuli, kemm mhux imkabbar, kemm jifhimna”. Alla taghna hu dan kollu u iktar.

L-Iben t’Alla gie jghidilna “Ahbar sabiha”. Tafu zgur li l-kelma “Vangelu” gejja mill-Grieg u tfisser “Ahbar tajba”. L-Iben t’Alla gie jghidilna li meta nilqghuh jaghtina is-setgha li nsiru wlied Alla. Li hu jaf imur maghna, li jixtiqilna il-gid.
Mela ejja nghajjtu!!! Ghaliex nghajjtu?

L-ewwel u qabel kollox ejja nghajjtu lilna nfusna. Ghaliex? Ghax nsibuha ferm bi tqila nemmnu li Alla huwa daqshekk qrib taghna. Huwa hafna iktar facli li nemmnu li Alla huwa xi pulizija, ghaddej bil-lembuba u min jiftah halqu iwahhallu xi daqtejn tajba.
Huwa iktar facli li Alla mhux kuntent bl-affarijiet taghna, u meta l-affarijiet ma jmorrux kif irriduhom ahna, arana nwahhlu fiH, donnu xi had li lest jisirqilna il-ferh.
Huwa facli nemmnu li Alla huwa Alla tal-mirakli, u mhux Alla li jimxi u jbati maghna, u allura jekk ma jsirx il-miraklu li nixtiequ ahna, arana nehduha kontrih: “Ghax ma jafx x’inhu jaghmel”.
Hafna drabi lil Alla npegguh biss bhala xi hadd li johonqilna il-liberta’, ghax ma jhalliniex naghmlu dik jew il-haga l-ohra u ninsew, li Alla huwa bhal genitur ghaqli li jhallina liberi, imma jixtieqna naghzlu it-tajjeb biex nkunu ferhana, ghax l-ewwel u qabel kollox jaqbel lilna.

Ejjew nghajjtu ulkoll ghax id-dinja ghanda bzonn tisma’ dan il-messagg ta’ ferh u tama, ta’paci u gid. Ejjew nghajjtu biex nuru li tkun nisrani mhux xi haga ta’dwejjaq, li tkun nisrani hija xi haga sabiha, li l-hajja nisranija hi hajja ta’ ferh u mhabba.

Jekk ma naslux nghajjtu bhal Gwanni il-Battista, jekk ma nifilhux nghajjtu ghax nisthu, ejjew inkunu bhall-istilla ta’ Betlem, li bis-skiet taghha twassal lil ohrajn lejn il-veru ferh. L-ghemil taghna jista’ jghajjat iktar mil-kliem.

Meta nemmnu li Alla taghna huwa Alla tal-meravilji, li jista’ johrog il-ward mill-ghollieq, li jista’ jaghmel triq fil-bahar, li jista’ johrof l-ilma fid-dezert, ahna wkoll inkunu nistghu nghajjtu bil-ferh.

Impossibli? Le. Xi whud urewna bic-car li mhux. Nies li ghajjtu, bhal Massimiljan Kolbe, Chiara Luce Badano, u ohrajn.
Mela ejjew ahna wkoll inkunu mid-dawk in-nies li fuqhom il-Profeta Isaija jghid: “Kemm huma sbieh fuq il-muntanji r-riglejn ta’min ixandar is-sliem, ta’min ihabbar ir-risq, ta’min ixandar is-salvazzjoni”.

Il-Milied it-Tajjeb!