Ir-raba Hadd tal-Avvent - Sena C

 

Alla tas-Soprizi

Normalment, u din hi haga maghrufa; li il-media in generali, u l-ahbarijiet in partikulari jippruvaw jaghtu messaggi soprendenti, messaggi li jigbdu l-attenzjoni, li jqanqlu l-interess. Naghtu kas ahbar ta’ omm li kull filghodu tqum tlesti t-tfal taghha ghall-iskola, hija meqjusa wisq normali, u ghalhekk mhix xi scoop, ma thallix effett! Kultant sfortunatament, certi ahbarijiet lanqas biss ikunu veri, jew inkella ma jkunux ezatti, imma l-importanti li jqajmu ftit interess, storbju fil-hwienet, u kulhadd ikollu fuq xiex jghid kelma.

Matul dan iz-zmien tal-Avvent, fejn ahna qeghdin nippreparaw ruhna ghal Milied, fil-Knisja qrajna hafna ahbarijiet interessanti, li jqajmu l-interess, ahbarijiet sorprendenti. Ma qrajniehomx biex ikollna fuq xiex nitkellmu, fuq xiex nghidu xi haga fil-hanut, imma biex niskopru u nsiru nafu li Alla taghna huwa Alla tal-meravilji, Alla tas-sorprizi, Alla li l-hsieb tieghu jisboq bil-ferm dak taghna.

F’dan l-Avvent il-kronaka liturgika, biex nghidulha hekk laqghetna mal-grajjiet ta’ hafna persuni li f’hajjithom gratilhom xi haga specjali. Illum niltaqqghu ma’ tnejn minnhom. Wahda jisimha Elizabetta, u wahda jisimha Marija.

L-ewwel wahda kellha xewqa kbira fil-hajja taghha, li matul is-snin garritha maghha. Kellha x-xewqa li ssir omm, imma ghalxejn. F’dak iz-zmien, mara li ma jkolliex tfal kienu jghidu li Alla ma jhobbiex. Meta kienet tghaddi Elizabbetta mit-triq kienu jghidu fuqha: “Elizabetta, mara hazina, ma kelliex tfal! Kieku kienet mara tajba zgur li kien ikollha, imqar tifel jew tifla wahda”. U Miskina Elizabetta, tghidx kemm kien jiddispjaciha! Hi kienet taf li kienet mara sewwa, kienet dejjem pruvat thobb lil Alla, imbghad zewgha Zakkarija ukoll kien ragel sewwa, u kien midhla sew tal-Knisja ta’ dak iz-zmien. Kien dejjem jitlob! Imma ghalxejn. Donnu vera Alla kien nesihom.

Sakemm darba minnhom zewgha Zakkarija jigi d-dar bla kliem! Lilu, waqt li kien il-Knisja dehrlu anglu u qallu li il-mara tieghu kien ser ikollha baby! Hu ma setax jemmen. Lil anglu qallu: “Nahseb li qed titkellem mal-persuna zbaljata ta, il-mara tieghi anzjana, u is-soltu nisa zghazagh johorgu pregnant u mhux l-anzjani”! U l-anglu jghid lil Zakkarija li minn issa il-quddiem ser jibqa’ mutu. Immaginaw kemm dam Zakakrija biex jispjega lil Elizabbetta dak li kien qallu l-anglu. Beda ghaddej iz-zmien u Elizabbetta tibda tinduna, li dak li b’ xi mod kien qalilha Zakkarija kien veru. Bdiet thoss li fiha verament kien hemm tarbija li bdiet tikber. In-nies ukoll bdew jindunaw! Kompla ghaddej iz-zmien u darba minnhom, Elizabetta thoss it-tarbija taghha taqbez go zaqqa. X’gara? Dak il-hin, thares lejn il-bieb u tara lil Marija, kugina taghha.

Din Marija wkoll kienet gratilha wahda tinkiteb. Darba minnhom lilha wkoll jidhrilha anglu u jghidilha li anke hi ser ikollha tarbija. Din it-tarbija ser itkun specjali. Missiera mhux ser ikun ir-ragel taghha, mastrudaxxa, imma ser ikun Alla innifsu! U tafux l-anglu lil Marija qaliha wkoll li Elizabetta, wkoll kien ser ikollha baby! Marija x’hin semghet dan, telqet tigri lejn id-dar ta’ Elizabetta, li kienet ‘il boghod. Marret thaffef biex tara Elizabetta kelliex bzonn xi haga.

Malli waslet id-dar taghha, genn shih! Gwanni il-Battista jaqbez bil-ferh! Elizabbetta, tghidilna il-Bibbja, ghajtet ghajta kbira u qalet: “Imbierka inti”. Marija tibda tfahhar ‘l Alla u tghid: “Ruhi tfahhar il- kobor tal-Mulej”! Insomma kulhadd ikanta u jifrah!

Miskin Zakkarija baqa’ fi skiet! Hu ma kellu xejn xi jhabbar. Hu ma kellu xejn xi jghid ghax hu ma emminx li Alla mieghu jista’ jaghmel hwejjeg kbar. Hu jibqa’ sieket!

U inti, hija, ohti temmen li Alla mieghek jista’ jaghmel il-meravilji? Temmen li meta inti temmen li Alla lilek ihobbok, inti minghajr ma taf tibda twassal il-ferh fl-ohrajn? Temmen li Alla jrid il-veru gid tieghek. Gheziez intom bhalissa, kif gieli ghedtilkom qieghdin tpoggu il-pedamenti tal-hajja taghkom, ta dik li ghada pitghada ser tkun id-dar taghkom. Araw li tpogguhom fis-sod. Alla, iva irid li jaghmel minnkom opra sabiha, pero’ intom tridu tkunu ukoll. Jehtieg temmnu bil-qalb li Alla jridilkom il-gid. Dak il-gid li Alla jridilkom tridu tkunu triduh intom ukoll. Ghalhekk hudu decizjoni li kull ma taghzlu jkun ghal gid taghkom. Qatt taghzlu affarijiet li jnehhulkom il-ferh. U Gesu’ li huwa espert tal-ferh, mhux ser jiddeludikom, mhux ser jidhak bikom, mhux ser iwieghdkom affarijiet li ma jaghtukomx il-veru ferh. Ghalhekk nehduhom il-pariri tieghu u nkunu ferhanin.

Ghalina il-kbar dan il-Vangelu ghandu wkoll messagg qawwi. Kemm nemmen li meta jien inkun kapaci ninghata lill-ohrajn nkun qed inwassal il-ferh? Nemmen li Alla ma jidhakx bija? Nemmen li anke fil-hajja tieghi, anke jekk ma jidhrux sehhew meravilji ta’ mhabba? Kapaci nerga’ naqbad nikteb il-hajja tieghi, u ninduna li fl-iktar mumenti strambi u ta’ dubju, Alla kien hemm?!