It-28 Ħadd Matul is-Sena

 

Immaġinaw naqra din is-sitwazzjoni tal-biżgħa. Immaġinaw li ssibu ruħkom mingħajr fiduċja f’ħadd u f’xejn. Immaġinaw naqra ngħidu aħna: ma tieħu b’idejn ħadd għax taħseb li dak li jkun għandu marda li tittieħed u inti ezatt kif teħodlu b’idejħ ser timrad. Immaġinaw tibqgħu dejjem fi triq għax tibża li jekk tidħol taħt xi saqaf dan ser jaqa’ fuqek, jew inkella ma tmurx torqod ħdejn il-mara tiegħek għax tibża li din mal-lejl itiha xi ħmar il-lejl u tqum toqtlok. Immaġina ma titla’ qatt tal-linja għax ċert li din ser taħbat. Tkun ħajja tal-biżgħa hux veru? Tkun spiċċajt qridt kull sens ta’ fiduċja.

Għalkemm bħas-soltu l-eżempji huwa naqra esaġerati imma spiss insibu ruħna fl-istess sitwazzjoni fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Ħafna drabi irridu nkunu ċerti qabel nimxu f’xi esperjenza tal-ħajja? Kemm kultant jiġrilna li jkollna sfiduċja f’kulħadd u f’kollox?

F’dan il-Vanġelu donnu kulħadd qed jiżbalja imma kulħadd għandu fiduċja li mill-iżbalji tiegħu ser joħroġ xi ħaġa ta’ ġid. Tiskandalizzawx ruħkom imma anke Ġesu’ donnu ma jafx eżatt x’inhu jagħmel! Ġesu’ sejjer Ġerusalemm li qiegħda lejn in-Nofsinhar tal-Palestina imma jiġbed lejn is-Samarija li qiegħda lejn it-Tramuntana. Madanakollu Ġesu’ fiduċjuż li jasal Ġerusalemm!

L-Imġiddmin, għandhom il-fiduċja li anke jekk jgħajtu mill-bogħod, Ġesu’ ser jismagħhom u jeħlishom. Biex tagħqad lil Ġesu’ jsejħulu b’ismu! Huma l-ewwel nies fil-Vanġelu ta’ Luqa li Ġesu’ jsejħulu b’ismu (u ninsabu ġa Kapitlu 17!!!) Tnejn minn nies oħra biss għad isejħulu b’ismu: Bartilmew l-għama u dak li aħna nsejħulu il-‘ħalliel it-tajjeb’. Għandhom ukoll il-fiduċja li wieħed Mgħallem jista’ jfejjaqhom. Forsi kien ikun aħjar kieku marru għand tabib!

L-ikbar fiduċja tidher li dawn l-għaxra telqu juru ruħhom lil qassisin Ġerusalemm qabel ma kienu mfejjqa. Infatti il-Vanġelu jgħidilna: “U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom”. Fiequ fit-triq! Telqu mingħajr ma huma mfejqa u fi triq fiequ.

Dawn l-għaxar mġiddma jidħlu jagħmlu parti minn dawk kollha jitilqu juru ruħhom mingħajr ma huma preparati biex juru ruħhom. Qishom sejrin jinkitbu l-Universita’ mingħajr ma għadhom ġabu iċ-ċertifikat tal-matrikula. Qgħadu biss fuq il-Kelma ta’ xi ħadd. Huma dawn li jobdu il-Kelma. Huma dawk, li anke jekk jafu li ma jistħoqqilhomx jitilgħu Ġerusalemm, jmorru xorta, bil-fiduċja li sakemm jaslu ifiequ. L-istess bħall-Żakkew li jobdi u jibda nieżel minn fuq is-siġra, anke jekk jaf li ma jistħoqqlux li jilqa’ lil Ġesu’ għandu. Huma bħall-‘ħalliel it-tajjeb’ li jaf li ma jistħoqqlux ikun il-ġenna, imma lil Ġesu’ jitolbu jiftakar fih meta jkun fis-Saltna tiegħu. Huma bħall-dawk kollha li mxew wara Ġesu’. Meta bdew mexjin warajħ ma kienux perfetti, saru maż-żmien, fi triq!

Tifmhu li l-imġiddmin huma aħna. Ħadd minnha hawn ġew, li miexi wara Ġesu’ mhu mfejjaq kompletament, qed nfiequ mat-triq għax emminna fil-Kelma tiegħu. Forsi hawn xi ħadd minnha li ġa wasal? Forsi hawn xi ħadd minnha li l-esperjenza tiegħu hija differenti minn dik ta’ Pawlu li jgħid li jrid jagħmel it-tajjeb, imma jsibu jagħmel il-ħażin li ma jridx? Forsi aħna mhux ukoll mexjin għax emminna f’Kelma, li hija il-Kelma ta’ Ġesu’? Forsi mhux dik il-Kelma tħallina nibqgħu għaddejjin?

Ħaġa waħda hemm bżonn nagħmlu: nifmhu li aħna wkoll imġiddmin, li għadna ma wasalniex. Aħna mhux ukoll bħalhom?! Huma kienu jħossuhom maqtugħin mill-imħabba. Kienu jafu li ma jikkwalifikawx għall-istandards tas-soċjeta’. Kienu jafu wkoll li ma jikkwalifikawx għall-grazzja għax kienu jemmnu li il-mard huwa kastig ta’ Alla għad-dnub. U għax emmnu li ma jikkwalifikawx, Ġesu’ għamilhom jikkwalifikaw. Forsi aħna nikkwalifikaw, mhux ilkoll nħossuna bosta drabi mhux denji tal-imħabba tiegħu, tal-maħfra u il-ħniena tiegħu? Mela ħallini ngħidlek aħbar tajba: Issir tikkwalifika għal dik l-imħabba, kull darba li tħossok ma tikkwalifikax. L-unika kwalifika quddiem il-Mulej, hija in-nuqqas ta’ kwalifika. Dal-ħsieb jimla’ bil-ferħ lili wkoll!

Hekk xħin tinduna li qed tfiq, mur iġri lura, ntefa’ f’riġlejħ u irringrazzjaħ. Ikollok ċans agħtih tgħannieqa kbira. Il-Mulej qed jagħmel ħwejjeġ kbar!

 

Il-Ħadd it-tajjeb!