Bagalja mimlija sa ruħ ommha

Jien ghandi problema serja, ilni issa ghaxar snin patri u ghadni ma tghallimtx haga importanti hafna. Issa please tidhkux bija. Meta nsiefer ghadni ma tghallimtx niehu mieghi bagalja zghira. Meta nkun ser insiefer dizastru totali. Waqt li nkun qed nipprepara il-bagalja krizi papali! F’dak il-hin li nkun qed nahseb x’ser niehu mieghi kollox jidher importanti, nispicca nimla il-bagalja sa ruh ommha, tant li jkolli naqbez jew impoggi fuqha biex naghlaqha. Imbghad nispicca ngorr mieghi hwejjeg u zraben li qatt ma ilbist, kotba li qatt ma qrajt, kompjuter li qatt ma xeghlt. Nkun biss hadthom passeggata mieghi madwar id-dinja u zidt il-piz. Dan biex ma nsemmux il-panik li jaqbadni hekk kif nasal l-airport u jkun hemm cans li jghiduli li jien overweight u jkolli nhallas il-flus. 

U propju illum fil-Vangelu niltaqaw mà Gesù waqt li qed jibghat d-dixxipli tieghu ghall-missjoni u jghidilhom biex ma triq ma jiehdu xejn maghhom . X’differenza mill-bagalja tieghi meta nsiefer!

Ghalfejn Gesù jghid lill-appostli biex maghhom mat-triq ma jiehdu xejn? Gesù jixtieq li dawk li huma msejjha biex imorru jxandru il-Vangelu jkunu hielsa minn dak kollu li jistghu jghaddu minghajru, hielsa bhal ma kien hieles hu, minn dak kollu li jfixkel u jtaqqal, mistrieha biss fil-provvidenza tà Alla. Kemm jigrilna, anke fil-Knisja li jrid ikollna mohhna mistrieh minn kollox?! Hafna drabi ahna ma naghmlux esperjenza tal-providenza t’Alla ghax ma jonqosna xejn. Infatti huwa l-fqir li jistà jifhem li Alla jipprovdi, ghax m’ghandu xejn u kull haga li jircievi hija don, rigal. Kien dan il-qari tal-Vangelu li gennen lil San Frangisk, li qanqlu biex ihalli kollox, u jheggeg lil patrijiet tieghu sabiex ma jkollom xejn, u jitilqu ghal ghonq it-triq minghajr flus, sahansitra minghajr kunventi. Kien jghid “Jekk ikollna l-propjetà, jkollna nixtru l-armi biex nipproteguhom”! Mamma mia kemm kellu ragun.

Imbghad xi hadd jistà jghid li hawn donnu Gesù hawn ma jirragunax tajjeb. Ghalfejn jibghathom b’xejn lill-appostli, meta kien jaf li jistà jigrilhom xi haga? Gesù kien jaf tajjeb li qalb il-bniedem, u allura anke qalb l-appostlu facli tintrabat mà hafna affarijiet u tinsa il-missjoni taghha. Facli tintrabat mal-kumdità u tinsa li l-missjoni tirrikjedi anke d-diffikultajiet. Gesù hawn iwissi biex ma nintrabtux lanqas mas-success, mat-tfittxija li jcapcpulna, li dejjem jghidulna “bravi” u “Kemm ghamilt priedka sabiha”. Gesù jaf tajjeb ukoll li meta ma nkunux hielsa mis-success, nwettqu il-missjoni taghna sakemm jkun hemm xi hadd jimxi warajna u jcapcpilna.

U kemm drabi jigrilna li nibdew nxandru lil Gesù, u hekk xhin jinqala xi intopp nhallu kollox. Donnu ninsew minn bghattna nxardru il-Vangelu. Nibzghu. Kemm –il darba jigrilna li nieqfu nghixu tajjeb, ma nkunux tà xhieda fuq il-post tax-xoghol, ghax nibzghu li jghadduna bi zmien. Kemm –il darba stajna ghedna kelma tà gid u m’ghadniex ghax kieku ghedniha kien ikollna inhallsu xi prezz. F’dak il-kas inkunu ghadna wisq marbutin mà x’jahseb haddiehor fuqna. Inkunu ghadna nibzghu li minn bghattna nxandru halliena, ma narawhx u nahsbu li nsiena.


Barra minn hekk Gesù qatt ma jibghatna wehidna, filfatt il-Vangelu tallum jghidilna “beda jibghathom tnejn tnejn”. Kull missjoni tal-Knisja tajba kemm hi tajba jekk maghmula minn individwi wehidhom, ma tirriflettix is-sbuhija kollha tal-Vangelu, u qatt ma thalli il-frott mixtieq. Kull azzjoni maghmula mill-insara trid dejjem tispicca f’komunità. Min jahdem wahdu fil-missjoni tà l-evangelizzazjoni destinat li jfalli. In-nisrani qatt mhu msejjah biex jaghmel one man show. Tant Gesu jemmen fil-komunità li jghid “meta tidhlu f’xi dar ibqghu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk”. Bhal donnu jrid jghid “Toqghodux tigru minn post ghall-iehor minghajr ma tibnu relazzjonijiet profondi”. Il-hajja nisranija maghmula mir-relazzjonijiet sbieh u b’sahhithom. Imbghad x’inhu il-messagg li Gesù jridna nwasslu? Jghidilna il-Vangelu stess: “Fejqu il-morda lijkun hemm".

In-nisrani ghandu messagg car. Il-messagg tan-nisrani huwa messagg tà fejqan. In-nisrani huwa msejjah biex ikun solidali ma kull min hu mwegga, u jaghmel minn kollox biex min hu marid ifiq.

J’Alla ilkoll kemm ahna nkunu missjunari f’kull ambjent li nsibu ruhna fih. Jekk kull wiehed minna hawn gew jimpenja ruhu biex ikun bniedem li juri s-sewwa, li jiggieled il-hazen, li jnissel fejqan, ferh, hena u mhabba kull fejn ikun, nassigurakom li Malta tkun hafna isbah. Ghalhekk hossukom missjunari, u b’ghemilkom xandru mà kulhadd li tkun nisrani hi haga mill-isbah.