Għeżież, 

Ir-Randan huwa mixja lejn il-Qawmien. Kull nisrani msejjaħ biex matul ir-Randan jagħmel esperjenza ta' dik li hija il-ħniena u l-imħabba t'Alla. Alla qed jistedinna nimxu biex ninħelsu; ninħelsu minn dak kollu li ilu jtaqqalna, ninħelsu minn dawk l-affarijiet li ħsibna li huma utli imma fil-verita' huma piż u toqol, iridna ninħelsu minn dak kollu li ma jagħtiniex il-ferħ. Flimkien ser nimxu din il-mixja u nippruvaw nindunaw Alla xi jrid jgħidilna bil-Kelma sabiħa tiegħu; il-Vanġelu - l-Aħbar it-tajba! Nistednuk timxi magħna din il-mixja lejn il-Golgota, lejn il-Qabar vojt.

 

Il-Mulej jagħtikom is-sliem