Il-Ħamis fuq l-Erbgħa tal-Irmied

 

 

 

 

Fl-ewwel qari Mosè jistieden u jfakkar lill-poplu ta’ Israel li hu ta’ vantaġġ għalihom jagħżlu li jħobbu lill-Mulej. Imma jħallihom fil-libertà tal-għażla. Anke fil-Vanġelu, Ġesù jistieden qatt ma jimponi li xi ħadd imur warajh: “Jekk”. Qatt ma jimponi, imma dejjem jistieden! Din l-istedina ta’ Mosè biex “tħobb lill-Mulej Alla tiegħek” bħal donnha tieħu l-ħajja f’relazzjoni unika u personali ta’ “kuljum” ma’ Ġesù. Kuljum inti msejjaħ issalva ħajtek billi titlifha...  Tibżax taċċetta din l-istedina ta’ dak li kien minn tal-ewwel li soffra u bata minħabba fik għax ħabb lill-Mulej Alla tiegħu!