Is-Sibt wara l-I Ħadd tar-Randan

Dan bis-serjeta'!? Is-Sur Ġesu' jaqaw ma jafx kemm hu diffiċli tħobb lura lil min jgħamillek il-ħsara? Hu żgur li jaf, imma jaf ukoll li l-ħajja ssir iktar diffiċli għal dak li ma jaħfirx, hija ħafna iktar diffiċli għal min iżomm f’qalbu. Ħajtu issir dik l-offiża li tkun saritlu; jibda jikunsidra lilu nniffsu vittma għall-eternita’, jibda jaħseb li dak kollu li qed jiġrilu huwa unikament frott l-esperjenza negattiva li kellu, u jeħel.

Hu hawn fejn hemm bżonn ninħelsu. Huwa ovvju li xi ħadd li rċieva azzjoni ħażina jweġġa’, jbati. Dawn is-sentimenti huma umani. Imma jbati ferm iktar jekk jeħel f’dik l-offiża, jekk jeħel f’dik il-weġgħa, jekk ma jibqa’ jara xejn iktar ħlief dak l-insult, dik id-daqqa ta’ ħarta.

Il-Mulej illum qed jistedinna imorru ‘l hemm mid-daqqa ta’ ħarta, minn serqa, mis-sentimenti ta’ antipatija. Iridna naraw ‘l bogħod u nifmhu li l-maħfra hi ħelsien, li bil-qawwa ta’ Alla nista’ mmur ‘l hemm mill-weġġħat tiegħi.

 

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex.

Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? Mhux il-pubblikani wkoll jagħmluh dan? U jekk issellmu lil ħutkom biss, xi tkunu tagħmlu żejjed? Mhux il-pagani wkoll jagħmluh dan? Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet”.

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu