It-Tlieta wara l-I Ħadd tar-Randan

 
Il-kwalità tat-talb tagħna ma jitqisx minn kemm isir bi kliem magħżul u mirqum iżda mir-relazzjoni li hemm bejn dawk li qed nikkomunikaw (min qed jitlob u Alla). Il-ħajja ta’ Ġesù u dak kollu li għallimna huma miġbura fil-qosor f’din it-talba li għalina l-insara hija l-mudell ta’ kull talba. Hija t-talba ta’ min jafda lil Alla bħalma tfajjel jafda lil missier tajjeb.

Jekk nitgħallem insejjaħ lil Alla papà, nagħraf ukoll li jien iben u li dawk ta’ madwari huma aħwa. Jekk il-bieraħ Ġesù talabna nħobbu, llum qiegħed jgħidilna kif dan huwa possibli: Idħol f’relazzjoni mal-Missier u hu jnissel f’qalbek l-istess sentimenti tiegħu.