San Ġużepp

“Ma riedx ixandarha quddiem kulħadd”!

Tassew kien raġel ġust Ġużeppi! 

Ma tlumux lil Ġużeppi li jitfixkel. Ma tlumux li ma jemminx li t-tfal jiġu bil-vapuri, imma tammirah li l-imħabba tiegħu twassal sal-punt li lil Marija ma riedx ixandarha quddiem kulħadd. Il-ġustizzja għalih ma kienetx tfisser li Marija tieħu dak li ħaqqha skond il-liġi, imma, li anke jekk hi, skond hu naqsitu mid-dinjita’ tiegħu hu ma jonqosiex fid-dinjita’ tagħha. Xi ġmiel ta’ karattru! 

U jien x’nagħmel? Meta xi ħadd jonqosni fid-dinjita’ tiegħi, jien nilgħab l-istess karta ta’ min naqasni, jew minkejja li nipproteġi lili nniffsi u tal-oħrajn (li huwa tajjeb), nkompli nwaqqa id-dinjita’ ta’ min naqasni? 

 
 
 

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu Kristu. It-tnissil ta’ Ġesù Kristu sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u li ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel f’rasu li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Wara li qatagħha li jagħmel hekk, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, la tibżax tilqa’ għandek lil Marija b’martek, għax dak li tnissel fiha ġie bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Hi jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.” Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej.

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu.