Jiktbulna il-Patrijiet

F'dan l-ispazju għandek issib esperjenzi li il-Patrjiet Minuri Konventwali Maltin qiegħdin jagħmlu f'Malta jew barra minn Malta. Naqraw dwar il-vokazzjoni tagħhom, esperjenzi fil-missjoni, u dak li jolqothom fil-ħajja reliġjuża Franġiskana u saċerdotali.

Qiegħed nibda dan l-artiklu minn ġewwa klassi fl iskola. Bħalissa qiegħed hawn biex inkun ta’ servizz għall-istudenti f’din l-iskola. Għadda żgħażugh u sellimli ‘haw father’, qalli kemm hu għajjien u baqa’ sejjer għall-klassi. Żgħażugh ta’ l-aħħar sena, għandu ħmistax il-sena u ma’ jħossx, ma jifhimx, jistħi minn sħabu li jiġi jkellem lil Father.

Jitbiddlu ż-żminijiet, niftakar aktar minn għoxrin sena ilu meta bdejt nattendi fi skola biex ngħin spiritwalment liż-żagħżagh, kienu differenti minn tallum. Kelli esperejnza partikulari għax l-iskola li kont immur kienet fl-istess inħawi tal-Kunvent li kont ngħix fih. Kien hemm grupp ta’ żgħażagh li kont id-direttur spiritwali tagħhom fl-iskola, kont ukoll responsabbli għalihom għax kienu abbattini u wkoll kienu jattendu l-laqgħat tal-vokazzjonijiet li kont norganizza.

 

Read more

 

"Meta nikber nixtieq nsir saċerdot"! Hekk kont inwieġeb lil dawk li spiss kienu jistaqsuni x’nixtieq insir meta nikber. Għalija kien ċar. Meta nikber nixtieq insir Saċerdot! It-toys tiegħi kienu l-knisja ċkejkna li kelli bl-altar tal-injam li għamilli missieri. Kont ngħaddi siegħat twal nilgħab, narma il-gandlieri, is-set tal-appostli tat-tafal, il-kalċi żgħir u l-għadd ta’ affarijiet oħra li kelli. Kont inġib l-ostji mingħand is-soċi tal-museum li kien hemm viċin tagħna, kont nuża ftit coca flok inbid  (in-nannu xi kultant kien baxxa baxx jagħtini l-inbid veru) u kont taparsi nqaddes il-quddiesa. Ix-xemx minn filgħodu turiek!

Read more...

 

 

 

Darba kont qed nikkoncelebra  f’quddiesa Sao Paolo, il-Brazil. Hija uzanza taghhom li qabel il-quddiesa kull sacerdot jghid ismu u minn fejn ikun gej. Kienu kollha kappillani u ghalqastant kollha semmew il-parrocca taghhom. Meta lili staqsewni fejn hi l-parrocca tieghi, kont ser nitfixkel. Imbaghad wegibt: “il-parrocca tieghi hi d-dinja”.


Read More...

 

Many people often remain astonished to hear that in our Maltese Franciscan Order we have an ex-seafarer. Fr Colin Sammut OFM Conv, in this interview shares with us his experience as a seafarer and also about his new experience as a Fraciscan Priest. We know that the connection between sea and discipleship is not a new one. It was founded with Jesus. The first ever disciples earned their living from sea...they were called and made fisherman of men. So Fr Colin is in line with the first called: Andrew and Peter. Let us now read his wonderful experience.

Read More...