50 sena Saċerdot - Patri Elija Vella

Patri Elija Vella - Franġiskan Konventwal għall-darba oħra jgħina nirriflettu. F'dawn il-ħsibijiet filwaqt li jirringrazzja 'l Alla għall-dak kollu li għamel miegħu j jaqsam magħna ix-xewqa tiegħu li l-Mulej jibqa' dejjem il-protagonista tal-Istorja. 

Elija tassew ħwejjeġ kbar għamel miegħek dak li hu setgħani. Miegħek u għalik aħna nroddulu ħajr. Grazzi ta' dak li int u ta' dak li tagħmnel. Ad Multos Annos Patri Elija. 

Għaddew qishom ħolma!

Matulhom iltqajt u rajt lill-Mulej ħaj.

Meta nħares lura, nirtogħod. Il-grazzji li l-Mulej xeħet fuqi kienu abbundanti u żgur li mhux dejjem kont ġeneruz miegħu.

X’kont irrid nagħti!

Meta nirrifletti waħdi nistaqsi lili nnifsi:

 

+ imma dejjem kien Alla fl-ewwel post, jew tant drabi kont jien?

+ dak kollu li wettaqt, wettaqta għall-glorjħ tiegħu, jew għall-glorja tiegħi?

+ dejjem rajt lilu fil-persuni li ġew għandi biex ngħinhom?

+ dejjem emmint u għamilt dak li ppritkajt?

+ dejjem ħassejtni biżżejjed umli li naħsel riġlejn kulħadd, mingħajr l-ebda

   distinzjoni jew differenza?

+ dejjem ressaqt lill-persuni lejn Kristu u mhux lejja?

 

Il-kont li rrid nagħti mhux zgħir.

Il-Mulej tani ħafna u bir-raġun jitlobni ħafna.

Tul dawn il-50 sena rajt ħafna mirakli jseħħu quddiemi; rajt ħafna fejqan; rajt xjaten jaħarbu; rajt qlub jinbidlu u jikkonvertu.

Insomma rajt ‘l Alla quddiemi.

Kieku rrid ma nemminx, ma nistax.

Ħaga waħda hija żgura: dan Alla tul dawn il-50 sena, ħa ħafna paċenzja bija.

Kien hemm mumenti, meta minflok imexxini, ippretendejt li mmexxih jien; li ngħaddih jien mit-toroq li ppjanajtlu.

Kemm jien iblaħ!.

Kemm-il darba kien hemm min staqsieni: li kieku kellek terga’ tghix dawn il-50 sena, kont tgħixhom kif għexthom did-darba?

U t-twegiba tiegħi hija kategorika: Le.

 

Xtaqt… li għexthom aħjar.

Xtaqt… li tlabt izjed milli ħdimt iżjed.

Xtaqt… li ħdimt iżjed miegħu milli għalih

Xtaqt… li għamilt dak kollu li għamilt fid-dawl tiegħu, u tiegħu biss.

Min-naħa l-ohra, nafda fil-ħniena tiegħu.

Jekk ha paċencja bija s’issa zgur li mhux ser jitlaqni fl-aħħar biċċa.

Grazzi Mulej.