Esperjenza għall- 5th Formers

Bejn l-10 u l-14 ta' Ġunju grpp ta' 4 żgħażagħ (Brandon Magro, Antonio Borg, Josef Pisani u Michael Brockdorff) għamlu esperjenza fid-Dar tal-Formazzjoni tal-Qawra. L-esperjenza, immexxija minn Patri Mario Sant, bil-għajnuna ta' Patri Andrew Galea u l-Kommunita' Franġiskana tal-Qawra kienet inżewwqa ħafna u ż-żgħażagħ kellhom iċ-cans jagħmlu esperjenza ta' dil li hi il-ħajja tal-patrijiet. Inħallu lilhom jgħidu x'laqgħathom:

 

 

Josef Pisani: 

L-ewwel nett nirringrazzja lil Patri Andrew u Patri Mario tal-esperjenza mill-isbaħ li tawna fil-kunvent tal-Qawra. Meta wasalna t-tnejn, 10 ta' Ġunju issetiljajna fil-kamra u ftit wara ħadna l-pranzu mal-patrijiet. Wara nofsinhar tkellimna ftit u kellna laqgħa qasira dwar l-esperjenza. Wara morna nżuru lil Patri Frankie li qiegħed id-dar tal-Kleru. Wara kellna l-quddies u l-vespri fil-kappella u spiċċajna l-ġurnata b'film mill-isbaħ Les Miserables. It-tieni ġurnata li kienet fost l-isbaħ matul l-esperjenza bdiet bil-lawdi u quddiesa. Wara l-kollazjon morna nżuru lis-sorijiet Klarissi f'San Ġiljan fejn sirna nafu dwar il-ħajja tagħhom. Iktar tard fil-ġurnata morna f'Eremitaġġ 'Tas-Salib' u srina nafu dwar il-vokazzjoni differenti ta' Fr. Joel u Fr. Karm, li mhijiex komuni hawn Malta. Kif ġejn lura ħadna ċ-ċena mal-patrijiet u komplejna naraw Les Miserables. Fit-tielet ġurnata qomna u tlabna il-lawdi, ħadna kolazzjon u morna nimxu l-Mellieħa, peress li kien ftit riħ għal-baħar. X'ħin wasalna lura preparajna għal-quddiesa ta' għeluq ix-xahar mill-mewt ta' Patri Joe Cilia, li kien il- kappillan ta' San Pawl il-Baħar. Wara l-quddies,kellna ċ-ċena, u wara bqajna sejrin Baħar iċ-Ċagħaq u ħadna gelat flimkien ma Patri Ġorg Zammit. Fl-aħħar ġurnata kellna l-lawdi bħas-soltu, l-quddies, kolazzjon u mbagħad qadna nitkellmu f'laqgħat personali ma' Patri Mario dwar din l-esperjenza indimentikabbli. Għal-ħabta tat-tlieta irritornajna lura id-dar.

 

Brandon Magro: 

Għadni kemm għamilt esperjenza mal-patrijiet Frangiskani u vera ħadd pjaċir. Flimkien ma Patri Andrew u Patri Mario żorna ħafna postijiet fosthom is-sorijiet tal-klarissi, morna ukoll l-eremitagg “Tas-Salib”. Ġieli morna ukoll xi passiġġata jew xi quddiesa u anke l-iktar importanti fil-Ħajja Frangiskana, tlabna flimkien. Huwa ħafna importanti it-talb għaliex biħ ngħixu, insalvaw u anke nieħdu pjacir. Insomma jiena minn naha tieghi ma ngerger xejn minn din l-esperjenza u nirrokamandaha ħafna. Grazzi.

 

Antonio Borg: 

Permezz ta' din l-esperjenza fil-kunvent tal-Qawra, erħajt sibt il-mistrieħ wara sena tqila ta’ studju. F’din l-esperjenza tlabna filgħodu kmieni, wara nofsinhar, kif ukoll filgħaxija sabiex infaħħru lil Alla f’kull ħin tal-ġurnata. L-iktar mumenti sbieħ ta’ din l-esperjenza kienu l-mumenti ta’ fraternita’ – il-ħin li nqattgħu flimkien. Mument sabiħ ieħor kien meta tlabna flimkien. Hadt gost ukoll fil-hin meta rrakontajna xi stejjer u ma naqsitx xi cajta ‘l hemm u ‘l hawn. F’din l-esperjenza tgħallimna wkoll dwar il-ħajja tal-eremiti li hija ħajja interesssanti u ta’ devozzjoni kbira. Nixtieq nirringrazzja lill-patrijiet li ltajqna magħhom matul dan il-‘live in’ specjalment lil Patri Mario Sant u Patri Andrew Galea li ħadu ħsiebna.

 

Michael Brockdorff: 

Fl-aħħar esperjenza vokazzjonali li saret bejn l-10 sat- 13 ta' Ġunju aħna iz zagħzagħ tal-Form 5 kellna l-opportunita' li ngħixu 4 t'ijiem mal-Patrijiet Frangiskani tal-Qawra kif ukoll naraw ħajja differenti imma xejn inqas reliġuża meta morna inżuru lis-sorijiet Klarissi u l-Monaċi fl-Eremitaġġ "Tas-Salib" fir-Rabat.