Esperjenza ta' Paċi

minn Michael Attard
Minn dejjem xtaqt nagħmel dan it-tip ta' xogħol volontarju ma' dawn in-nies. Għalhekk meta staqsewni jekk ridtx immur madwar xahar għal din l-esperjenza ġewwa d-dar tal-Providenza, ilqajta bil-ferħ. Iżda qatt ma ħsibt jew immaġinajt xi tħoss meta tqatta' l ħin tiegħek ma' dawn l-anġli. Infatti insibha bi tqila nikteb u nidiskrivi dak li ħassejt. Peress li ġewwa din id-dar is-sistema hi waħda trankwilla kien ikolli ċ-ċans naħseb u nara x' qed inħoss. Dawn ir-residenti jkolli ngħid li bnewli saff ieħor f' ħajti, tefgħu fija ċertu ħlewwa u stajt nara l-innoċenza u l imħabba. Tbissima u ħarsa minn għandhom kienu wisq għalija biex iħallu fija, kif ukoll fi sħabi l-oħra li għamilna din l-esperjenza, paċi u sodisfazzjon. Nixtieq nirringrazzja lil P. Andrew u P. Mario ta' din l-esperjenza unika kif ukoll lill-istaff tal -istess dar u lil fr Martin Micallef, direttur tad-Dar talli laqgħana b' mod sabiħ ħafna.