Hike...Għajn Tuffieħa...minn Antonio Borg

L-avventura taghna kienet fit-2 ta’ Novembru. L-avventura bdiet f’Birkirkara fejn kellna niltaqghu fid- 9 ta’ filghodu.  Hemmhekk iltqajna mal-persuni li jghixu l-inhawi ta’ Birkirkara. Tlaqna minn Birkirkara permezz tal- vann tal-vokazzjonijiet. Fi triqitna lejn il-Qawra gbarna diversi pesuni ohra. Kif wasalna l-Qawra, iltqajna mal-kumplament tal-grupp. Illum konna l-grupp tal-kbar flimkien ma’ dak taz-zghar. Flimkien iccelebrajna il-quddiesa fil-knisja tal-Qawra li bdiet fl-9.40. Il-quddiesa giet iccelebrata minn Fr.Mario Sant u Fr.Andrew Galea  u giet meghjuna minn Bro.Etienne Gilson.  Il-quddiesa spiccat fl-10.05. Fl-10.15 waslet il- coach li kellu jehodna hdejn Popeye’s Village.  Ghal xi l-10.45 wasalna u issa beda l-hike dirett lejn Ghajn Tuffieha . Minn hdejn Popeye’s village imxejna fil-kampanja sabiha ta’Malta fejn stajna ngawdu n-natura li tirrilassana mill-hajja ta’ kuljum. Waqt il-mixja, kulhadd kien qed jitkellem ma’ xulxin dwar bosta affarijiet. Kif wasalna hdejn il-knisja tal-Manikata, qattajna madwar siegha u nofs hdejn il-bandli fejn strihajna, lghabna futbol, u thadditna. Kif sar il-hin, komplejna l-hike u mxejna sal-bajja ta’ Ghajn tuffieha, fejn kien hemm il-“coach” tistenniena. Fis-1.30p.m. tlaqna minn hdejn il-bajja u kulhadd mar lura d-dar b’memorji godda u sbieh x’niftakru. Hike li ma ninsa qatt!!

Galleria foto: Hike...Għajn Tuffieħa...minn Antonio Borg