Il-Familja Mqaddsa

Il-Familja Mqaddsa

Il-ħajja, li hi l-ikbar għalliema tgħallimna li spiss jiġrilna li nibdew ngħixu esperjenzi ġodda b’ħafna entużjażmu imma malli jgħaddi ftit taż-żmien, l-esperjenzi ġodda jsiru normali, ta’ kuljum u għalhekk xi ftit jew wisq l-entużjażmu jonqos jew jisparixxi. Spiss jiġri li nidħlu għall-impenn b’ħafna enerġija, imma malli jibda il-kuntrarju insibu li m’għandniex enerġija biżżejjed biex inlaħħqu mal-esiġenzi li l-esperjerjenza il-ġdida tpoġġi quddiemna. Dan nistgħu narawh f’affarijiet żgħar, bħall-ngħidu aħna nitgħallmu lingwa ġdida, imma anke f’affarijiet ħafna ikbar bħall ma hi li ngħixu vokazzjoni jew stat ta’ ħajja partikulari. Kultant anke l-iktar affarijiet żgħar, li qabel konna nagħmlu b’tant ferħ jibdew bħall donnhom jitqalu. Hawn normalment ikollna nbiddlu l-entużjażmu f’xi ħaġa ħafna isbaħ; Fedelta’. X’inhi il-fedelta’ jekk mhux li nkomplu nwieġbu “iva”, anke meta kulħadd u kollox madwarna jħeġġiġna biex inwieġbu “le”.

Il-persunaġġi li illum niltaqaw magħhom, it-tlieta li huma juruna kemm dan huwa minnu! Kollox beda sabiħ, l-anġlu jidher lil Marija, tgħidlu “iva” u kollha ferħana tmur tgħid lil Eliżabetta dak li kien għamel magħha il-Mulej! Il-ferħ huwa kbir u anke l-entużjażmu. Niftakru ftit f’ċertu espressjonijiet li ħarġu minn fommha: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej” jew “Is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar”. Pero’ il-folja malajr tinqaleb u Marija ssib ruħha tisma’ ċerti frażijiet li jmorru ‘l hemm mill-entużjażmu tal-bidu: “Sejf ta’ dulur jinfed lil qalbek”. Min jaf Marija kienetx taf b’dan kollu meta qalet l-“iva” tagħha?!

Gużeppi wkoll jkollu jagħmel dan l-isforz biex jgħaddi mill-esperjenzi entużjażmanti tal-bidu għall-fedelta’. L-ewwel daqqa jeħodha meta jiskopri li martu Marija hija tqila u hu mhux l-awtur ta’ din it-tqala. Meta jasal jaċċetta il-ħaġa jkollu jitlaq lejn Betlem, b’Marija tqila, bix-tgħaxxaq ma jsibx post fil-lukanda biex hi tkun tista’ tilgħed u illum isib lilu inniffsu jkollu jaħrab lejn l-Eġittu bil-lejl! Hawn il-maġija u s-seħer kollu li jħalli fuqna il-presepju jispiċċa fix-xejn. Li jkollok taħrab bil-mara u tarbija ta’ twelid lejn art li mhux tiegħek, mhux ċajta. Ġużeppi ma jmurx l-Eġittu għall-vaganza imma maħrub.

Ġesu’ minn naħa tiegħu ukoll jibda bejn wieħed u ieħor tajjeb, imma jispiċċa ħażin. In-nies tridu, kulħadd ifaħħru, kulħadd sejjer warajħ, imma fi ftit jiem l-“Osanna”, timbidel f’ “Sallbu”. L-entużjażmu jkollu jimbidel f’fedelta’.

Imma x’kien li lil dawn it-tlieta li huma differenti minnha f’ċerti aaspetti (Ġesu’ l-Iben t’Alla, Marija omm Alla u Ġużeppi missier adottiv tal-Iben t’Alla) jsibu il-forza biex jibqgħu għaddejjin, biex jibqgħu jgħidu “iva” minkejja li ċ-ċirkustanzi kollha qed jħeġġuhom jgħidu “le”?

It-tweġibha insibuha fi kliem Marija: "Ħa jsir minni skond Kelmtek". Kemm intom, kif ukoll jien nsibu ruħna naffaċjaw sitwazzjonijiet li anqas biss konna noħolmuhom meta għidna l-ewwel “iva” tagħna? Il-fedelta’ ma tsitrieħx fuq il-fedelta’ tagħna. Il-fedelta’ timbena fuq il-fedelta’ tiegħu. Nafu li hu magħna u ser jieħu ħsiebna anke meta kollox jibda jgħejjina, meta kollox jibda ġej ħażin.

Kemm hu tassew għaqli li meta jinqala’ il-gwaj ma nkunux weħidna imma nfittxu lil dawk l-anġli li jistgħu jgħinuna fi triq tal-ħajja. Kemm jiġri li mmorru nfittxu l-anġli (nies li jistgħu iweżżnuna fi triq) meta il-problemi jkunu ġa daħlu ‘l ġewwa ħafna, meta ftit ikun għad baqa’ tama li l-affarijiet imorru għall-aħjar, għax il-ġerħiet ikunu tant kibru u daħlu ‘l ġewwa? 

Kemm jien, kif ukoll intom, u kull min fil-ħajja ħa xi impenn dejjiemi, ser, f’mument jew ieħor jonqsu l-entużjażmu, il-ħajja issir sfida kontinwa. Ser jiġru ċirkustanzi li jpenġu l-“iva” li għedna bħala waħda ridikola, mhux ikkalkulata tajjeb”. F’dawn il-mumenti nistgħu nwieġbu “le” għalkemm is-sejħa tibqa’ dejjem waħda; li nwieġbu “Iva”.

Ġużeppi f’mumenti bħall dawn għaraf iwieżen lil Marija u lil binha Ġesu’. Ejjew nitgħallmu minnhom nwieżnu lil xulxin. Ejjew ma nħallu l-ebda kompetizzjoni tikber bejnietna, ejjew ma nħallu l-ebda għira tikber bejnietna li għedna “iva” għall-imħabba. Ejjew nitgħallmu minnhom nwieżnu lil min għaddej minn mumenti diffiċli fis-sejħa tiegħu. L-inqas ħaġa li jkollu bżonn min għaddej minn żmien diffiċli hija il-kundanna tagħna.

Il-vokazzjoni tagħna, kull vokazzjoni ma tieħux ruħ jekk fiha ma jidħolx il-Mulej, bil-kliem mimli ħlewwa tiegħu. J’Alla dawn Marija u Ġużeppi, ‘l bogħod fiż-żmien, jkunu tassew viċin fil-fedelta’ li aħna, bħalhom imsejjħa ngħixu.

 

Il-Ħadd it-tajjeb