Marija Omm Alla

Zmien l-Avvent u zmien il-Milied huwa zmien tal-meravilji. Ghaddejna granet sbieh, granet li fihom rajna li Alla kapaci jaghmel hwejjeg kbar . Min kellu c-cans jisma’ ftit x’ qaltilna il-Kelma t’ Alla seta’ jisma’ hafna u hafna meravilji. Muntanji li jsiru widien, widien li jsiru muntanji, fjuri li jikbru fid-dezert, triq fil-bahar. Minn Nazareth, belt li qatt qabel ma tissemma fil-Bibbja johrog il-Messija!  Elizabbetta mara xiha u sterili jkollha baby , Marija vergni u ssir omm. Smajna l-istess Marija tkanta il-Magnifikat “Ruhi tfaħħar l-ghemejjel tal-Mulej…”! U imbghad l-ikbar grajja li Alla jsir bniedem, wiehed minna, biex ikun jista’ jifhem dak li nghaddu minnu, kull ferha taghna, kull niket.

Rajna kemm ferh gab mieghu dan Alla li kapaci jghammar mal-bniedem. Rajnieh f’idejn Xmun il-Profeta. Smajna lil Xmun ikanta bil-ferh: “Issa o Sid, tista’ thalli il-Qaddej tieghek, imur fi sliem skont kelmtek, ghax ghajnejna raw is-salvazzjoni ta’ Alla taghna”.

U anke illum, l-angli jhabbru lir-rghajja li Alla sar bniedem. Forsi tafu li l-lhud fi zmien Gesu’ kienu jemmnu li meta jigi il-Messija kellu jeqred tlett kategoriji ta’ nies ghax midimbin: ir-rghajja, il-pubblikani u il-prostituti, flimkien mar-rumani li kienu xebghu lil Lhud bil-hakma taghhom. Imma Alla juri li dejjem jisboq ir-ragunamenti taghna, Alla mhu qatt ezatt kif nimmaginawh ahna, imma dejjem iktar, dejjem aqwa, dejjem isbah! Mhux biss ma qeridx lir-rghajja imma lilhom deher l-ewwel. Kienu huma l-iffurtunati li ntlaqtu mill-imhabba ta’ din it-tarbija. Kif kellha ix-xorta tiltaqa’ mieghu l-adultera fil-Vangelu, kif kellu ix-xorti jiltaqa’ mieghu Zakkew il-pubbilikan u ic-Centurjun ruman.

U dan kollu jhallina mistghagba, imniffxa! Naqraw fil-Vangelu tallum li “kull min semghhom baqa’ mistghageb b’dak li qalulhom ir-rghajja”. U x’ma tibqax mistghageb?!

Illum ahna kemm ahna kapaci nistghagbu b’dak li jigri madwarna? Kemm kultant jigri li tigrilna xi haga fil-hajja taghna u nippruvaw nispjegawha bir-ragunamenti taghna biss, kemm jigrilna li ma nhallux dak li jigri madwarna jkellimna? Kemm ahna kapaci nindunaw u nistghagbu li kull ma jigri fil-hajja taghna ma jigrix adocc, imma minnu nista’ nitghallem xi haga, kemm jekk sabih, kif ukoll ikrah? Kemm nippruvaw nikkancellaw esperjenzi fil-hajja taghna, u forsi anke persuni biex ma niftakrux il-hsara li ghamlulna, u ninsew li anke mill-iktar esperjenzi koroh nistghu nikbru? Kemm kapaci nistghageb quddiem is-sbuhija tan-natura, it-twelid ta’ tarbija, il-ferh ta min jghix vicin tieghi?

Marija, kif jghidilna il-Vangelu, “baqghet tghozz f’qalba dawn il-hwejjeg kollha u tahseb fuqhom bejnha u bejn ruhha”. Ta’ vera mara li hi,  Marija ma kienetx toqghod tahseb biss b’mohha fuq dak li kien jigrilha, imma kienet tghozzhom f’qalbha. Certu affarijiet ma nasal qatt nispjegahom biss b’mohhi. Jista’jkun li xi hadd jasal jispjegali xínhi l-imhabba, xi hadd jista’ jasal jghidli li jien ghandi xi newrun li jwassalni nhobb lil xi had. Anke jekk dan ikun minnu, mhux bizzejjed ghalija. Jien l-imhabba irrid nghixa, u mhux nifimha b’mohhi biss. L-istess ghall mistoqsijiet il-kbar tal-hajja, il-mewt, il-hbiberija u dak kollu li jferrah u jtaqqal il-qalb taghna.

Forsi irridu nitghallmu hafna minn Marija, u kull ma jigrilna nitghallmu nghozzuh f’qalbna. Mhux l-affarijiet is-sbieh biss, imma anke l-affarijiet il-koroh. Hemm anke bzonn dik ir-rassegnjazzjoni positiva, li jien ma nistghux nifhmu kollox u mill-ewwel. Marija kienet izzomm dan kollu f’qalbha. Minn mindu Marija qalet iva lill-Anglu, kollox gieha iktar ikkumplikat, kellha titlaq minn Nazareth ghal Betlem, imbghad ghall-Egittu, imbghad lura, Xmuni jghidilha li sejf ser jinfdilha qalbha, Gesu jahrabilha fit-tempju, jispicca fuq salib, imma hi tibqa’ hemm wieqfa, tghozz kollox f’qalbha.

Ejja matul din is-sena nitghallmu nzommu l-esperjenzi taghna f’qalbna. Ma nafux kif ser tkun din is-sena u anke jekk nawguraw dejjem is-sena it-tajba, fil-fond xi ftit jew wisq ikollna xi bizgha zghira li xi haga tista tmur zmerc. Matul din is-sena jistghu jigru affarijiet sbieh, forsi hawn min ser jizzewweg, min ser ikollu l-ewwel tarbija, min ser jidhol il-kunvent, min ha jispicca xi xoghol, min ha jibda jistudja f’post jew jahdem f’post gdid. Forsi anke ser jigru affarijiet li jbezzghuna xi ftit, li ma jogghobnuniex. Ejjew nitghallmu nghozzu kollox fil-qalb taghna, kollox, ghax nemmnu li Alla huwa l-Għimmanuel, Alla huwa maghna. Ser jifrah u jibki maghna, ser jimxi dejjem maghna.

Dan li nawguralkom ghal din is-sena, li naghmlu tezor minn kull esperjenza taghna, li nitghallmu nhobbu u nahfru ftit iktar. Fuq kollox li nibqghu niskopru li Alla jhobbna b’imhabba tal-genn! 

Awġuri