Bijografija bil-malti tal-Martri tal-Peru'

Belt fuq muntanja ma tistax tinħeba

“Bħalma il-Missier bgħat lili, hekk ukoll jien nibgħat lilkom” (Gw 20, 21). Li tħossok mibgħut, hija konsegwenza tà li tkun dixxiplu tà Ġesù, li tkun tà ġewwa mà Ġesù”, hija konsegwenza tal-fidi. Kif qal tajjeb San Ġwanni Pawlu II, il-fidi tissaħħah meta tiġi mogħtija lil ħaddiehor (Redemptoris Missio 2). Meta wieħed jagħti il-fidi jkun qed jitrasmetti lil xi Ħadd, li mingħajru ma jgħix. Il fidi mingħajr il-missjoni hija sterili; u il-missjoni mingħajr il-fidi huwa kliem fil-vojt.

Miguel Tomaszek twieled fi 23 ta’ Settembru 1960. Studja il-filosofija u t-teologija fis-seminarju tal-Minuri Konventwali fi Krakovja u ġie ordnat saċerdot fi 23 ta’ Mejju 1987. Fl-ewwel sentejn tas-sacerdozju tiegħu ħadem bħala viċi kappillan u fi 24 ta’ Lulju tal-1989, b’qalbu mimlija ħolm, jitlaq missjunaru il-Peru’. Huwa persuna ġentili u sensibbli ħafna, iħobb t-talb u evanġelizzatur ġeneruz. Għandu f’qalbu mħabba speċjali lejn Marija Immakulata u permezz tal-mużika – idoqq il-kitarra – kapaċi jiġbed lejh u lejn Ġesu’ tfal u żgħażagħ.

Zbiegniev Stralkowski twieled fi 3 ta’ Lulju 1958. Bħal Miguel, fl-istess seminarju tal-Minuri Konventwali jistudja il-filosofija u t-teoloġija. Ġie ordnat sacerdot fis- 7 ta’ Lulju 1986. L-ewwel sentejn qatagħhom bħala viċi rettur fis-seminarju minuri ta Krakovja. Fit-30 ta’ Novembru, festa tal-Appostlu Andrija tal-1988 jitlaq hu ukoll missjunarju lejn il-Peru’. Huwa bniedem tajjeb, responsabbli, organizzatur prim b’ imħabba speċjali lejn il-matematika. Jħobb il-ħolqien u ħsiebu biex jieħu ħsieb il-morda. Il-fidi tiegħu profonda ħafna u għandu passjoni speċjali lejn il-figura ta’ San Massimiljanu Kolbe.

Miguel u Zbigniew ġew maqtula mill-gwerilja tal-Moviment terrorista “Sendero Luminoso” f’ Pariacoto (Perù) id-9 t’Awwissu 1991, 5 t’ijiem biss qabel il-50 sena anniversarju tal-Martirju ta’ San Massimiljanu Kolbe –Franġiskan Konventwal - li offra ħajtu għall-familja f’Auswitz fl-14 t’Awwissu 1941. Miguel kellu 31 sena u Zbigniew 33.

Meta waslu il-Perù, sentejn qabel il-mewt vjolenta tagħhom, mill-ewwel iddedikaw ħajjithom biex jaqdu lil poplu afdat f’idejhom. Ħadmu biex jagħtu lura lin-nies dik id-dinjità tà wlied Alla, permezz tal-Vanġelu u l-imħabba. Ħabbew sa ma waslu biex taw ħajjithom kollha, fuq il-passi tà Ġesù, bl-istil tà Franġisku t’Assisi, u fuq l-ezempju tà San Massimiljanu Kolbe, martri f’Auschwitz.

Fit-30 tà Awwissu tal-1989 assumew, uffiċjalment il-missjoni ta' Pariacoto, li tinsab fl-Andes Peruvjani, li tinkludi mas-70 raħal zgħir (biex tasal f’xi wħud minnhom ikollok bżonn xi tnax-il siegħa vjaġġ fuq iż-żiemel).

Waslu fil-missjoni ta' Pariacoto bi ftit riżorsi u fil-fatt ir-realtà stednihom biex jissottomettu lilhom nfushom għall kulħadd. L’attitudni tagħhom qajjmet il-kurżità tal-‘campesinos’ li, bla dubju, għandhom l-kapaċità inkredibbli tà osservazzjoni. L-istil tal-ħajja sempliċi tagħhom ħaffef mill-bidu, l-iskambju u l-komunikazzjoni. Setgħu verament jagħmlu esperjenza tà x’igifieri "tkun mal-poplu."

Fid-9 t’ Awissu, wara il-Quddiesa, Miguel u Zbigniew, gew mitluba jħallu il-kunvent u ġew meħuda fil-Municipju tal-belt tà Pariacoto (f’dak iż-żmien il-Patri li kien superjur tagħhom – Fra Jarek - kien il-Polonja, biex iżewweġ lil oħtu). Minn hemm, ħaduhom fil-van tal-kunvent flimkien mà Sr Bertha. Però, wara ftit ħin ħallew ħielsa lis-soru u ħadu lil patrijiet f’post jismu Pueblo Viejo, ħdejn il-ċimiterju. Hemmhekk, Miguel ġie maqtul permezz tà tir f’rasu u Zbigniew b’zewg tiri, wieħed fi spalltu u l-ieħor f’rasu. F’dak il-jum qatlu wkoll lis-sindku tar-raħal. Sr Bertha tirrakonta li waqt li kienu sejrin lejn il-martirju; huma taw l-assoluzzjoni lil xulxin. Ħabbew u proteġew lil xulxin sal-mewt.

Eżatt qabel ma qabduhom, konxji li s-sitwazzjoni kienet gravi, iż-żewg patrjiiet qalu lill-postulanti biex jmorru jitolbu fil-kappella u minn hemm ma joħorġu għall-ebda raġuni. Bħall Ġesù fil-ġnien taż-żebbuġ kienu kapaċi jgħidu: “Jekk qed tfittxu lili, ħallu lil dawn imorru”. Lil gwerilja qalulhom: “Is-saċerdoti huma aħna, tmissux liz-zgħazagħ”.

It-terroristi tà “Sendero Luminoso” qatlu lil missjunarji għax skont huma kienu “qed jingannaw lill-poplu”, “Kienu jippriedkaw il-paċi”, “jillupjaw in-nies billi jagħtuhom x’jieklu”. Dan kollu skont it-terroristi kien qed ixekkel milli issir ir-rivoluzjoni. Qalu it-terroristi: “Ir-Reliġjon hija l-oppju tal-poplu, mod kif tiddominah”.

Miguel u Zbigniew ma ħallewlniex testment formali; gew sorpriżi minn oħtna il-mewt. Ħallew testment li jirraprezenta lil kull min emmen, ħadem, iġġieled għal valuri tà Ġesù fuq din l-art, fil-Perù, u f’ħafna postijiet madwar id-dinja. Il-martirju tà Miguel u Zbigniew huwa fatt mhux diskors; hekk kif kienet t-tgħannieqa tà San Franġisk u il-lebbruz, hekk kif kien il-martirju tà San Massimiljanu Kolbe f’Auschwitz. Il-mewt tà dawn il-martri kienu fatti u ġesti li jagħmlu lil bniedem iktar bniedem, li jqanqlu fina ix-xewqa li nkunu dejjem ikar awtentiċi, li juruna il-wiċċ tà Ġesù, li jibqà dejjem isejħilna u jgħidilna “Imxu warajja”.