Ambaxxatur

Staqsejna lil Fra Josef Pace sabiex jaqsam magħna r-riflessjoni tiegħu dwar dak li għex nhar il-Ħadd, 4 ta' Novembru 2012....

WOW. Din hi l-kelma li tiddeskrivi il-mument tal-konsakrazzjoni tiegħi ta’ Djaknu. Ġesù għalija huwa il-wonder of wonders. Wara li jien tgħajtu il-ftit tiegħi huwa tagħni il-ħafna tiegħu. Issa sirt il-microphone ta’Alla fejn permezz tal-vuċi tiegħi qed inwassal il-Kelma tiegħu. Mhix WOW din il-ħaġa; xi trid iżjed?!  Permezz tal-mandat li rċivejt inħossni ambaxxatur li jrid jirrapresenta lil President tas-sema fuq din l-art. Xogħoli huwa li nkun ta’ pont bejn l-artal u l-pjazza. Dak li jintqal fil-Vanġelu u li jitlaħħam ruħu fuq l-artal, fil-ħidma tad-djaknu, jsir konkret fil-karità lejn il-proxxmu. Dan Alla għadu jimxi mal-bniedem fit-toroq tagħna l-Maltin. Bil-kelma tiegħu, jinkoraġġixxi, iħobb, ifejjaq u jgħati ħajja ġdida kull fejn imur. Wieħed jistaqsi: Imma mhux kulħadd jista jgħati kelma ta’ ġid u jagħmel il-karità? Huwa veru anke musulman jew buddista jista’ jagħmel dan. Id-differenza qegħda li l-kristjan huwa mibgħut mill-Knisja u dak li jagħmel jagħmlu f’isem Kristu u mhux f’ismu! Jien, issa bħal djaknu, qiegħed nwassal il-Kelma ta’ Kristu f’ismu u sabiex inressaq in-nies lejh. Għalhekk aħna il-kristjani kollha, kulħadd skond il-mod tiegħu, aħna ambaxxaturi ta’ Alla fuq din l-art għaliex dak kollu li ngħidu u nagħmlu nwettquh fi Kristu, ma Kristu u bi Kristu. Kif qal l-Isqof, il-Ħadd li għadda fl-omelija, seħaq illi l-ġrazzja, jiġifieri l-preżenza ta’ Kristu, ġa qegħda hemm aħna d-djakni nservu ta’ kanal li minnu jgħaddi Ġesu fid-dinja permezz tal-predikazzjoni tagħna, tas-servizz liturġiku u tal-karità lejn il-proxxmu. Din hi r-realtà tal-fidi tagħna! Alla żamm il-wegħda tiegħu li f’Ibnu jibqa’ magħna sal-aħħar taż-żmien. Għalhekk nistieden lil kull min qiegħed jaqra dan l-artiklu ċkejken sabiex jieqaf u jaħseb dwar kif jistà jkun hu ta’ bridge bejn is-sema u l-art. Dwar kif jistà jagħmel preżenti lil Ġesù fostna. Alla waħdu ma jaħdimx għax id-DNA tiegħu hi relazzjoni. Inti lest li tgħinu?!