Provinċjal ġdid - P. Colin Sammut OFM Conv

Patri Colin Sammut mill-Qawra huwa l-Provinċjal il-ġdid tal-Patrijiet Minuri Konventwali Maltin. Huwa twieled fit-8 tà Novembru tal-1981. Daħal mal-patrijiet Minuri Konventwali fl-2002 u wara li studja l-filosofija fl-Università tà Malta fis-snin tal-postulandat, huwa beda s-sena tan-Novizzjat f’Osimo – Italja fl-2005. Fis-6 ta’ Settembru tal-2006 huwa għamel il-Professjoni sempliċi, u fl-10 ta’ Settembru tal-2010 għamel dik solenni. Fi 12 ta’ Dicembru tal-istess sena ġie ordnat djaknu u fi 3 ta’ Lulju tal-2011 ġie ordnat saċerdot.

Patri Colin f’dawn l-aħħar snin kellu diversi inkarigi fil-provinċja tagħna, fost oħrajn huwa kien responsabbli mill-animazzjoni missjunarja fi ħdan il-Provinċja, membru tal-ekonomat provinċjali, Vigarju Provinċjali, kif ukoll Gwardjan tal-Komunità tal-Belt Valletta tal-Franġiskani Konventwali. Diversi drabi huwa ġie afdat b’xogħol provinċjali fl-Indja, f’Ruma, Assisi u Londra, fost l-oħrajn. 

Nawguraw lil Patri Colin f’din il-ħidma ġdida tiegħu u nawgurawlu d-dehen, is-saħħa u l-ferħ waqt li jservi u jmexxi ‘l ħutu l-patrijiet.