M'għandu jkun hemm qatt fid-dinja xi ħadd mill-aħwa, li dineb u għamel kemm għamel dnubiet, li wara li jkun ħares ħarsa f'għajnejk, ma jitlaqx minn ħdejk mingħajr il-ħniena tiegħek, jekk ikun jistenna minnek il-ħniena. U jekk hu ma jkunx qed ifittex il-ħniena minnek, ħu ħsieb inti stess li tistaqsih iridx il-ħniena. U li kellu jidneb elf darba quddiem għajnejk, ħobbu aktar milli tħobb lili, biex hekk jirnexxilek tiġbdu lejn il-Mulej; qis li dejjem turi l-ħniena ma' aħwa bħal dawn.