Is-Salib ta' San Damjan


Deskrizzjoni ta' l-Ikona


Ikona

Il-Kurcifiss ta' San Damjan hu ikona, mhux semplici pittura. X'differenza tghaddi? Il-kelma ikona gejja mill-grieg eikon, (xbieha vera) li biha huma msejhin ix-xbiehat qaddisa li huma venerati fl-Orjent kristjan, u li ghandhom rwol importanti fil-liturgija u fid-devozzjoni ta' l-insara.

Fis-sens strett tal-kelma, l-ikona hi xbieha li tigi mpittra fuq tila jew fuq l-injam, skond teknika partikulari li tohrog minn impenn spiritwali ta' kontemplazzjoni minn naha ta' l-ikonografu (min ipitter l-ikona). Mhux ta' b'xejn li l-aktar ikoni famuzi fl-Orjent kristjan kwazi dejjem saru fil-hitan tal-monasteri. Il-kelma ikona tista' tirreferi wkoll, b'mod wiesgha, ghal tipi ohrajn ta' rapprezentazzjonijiet sagri, bhalma huma affreski, muzajci, deheb, bronz, rakkmu li fihom jigu raffigurati misteri qaddisa u gheziez ghat-tradizzjoni ekklezjali orjentali: Kristu trijunfanti (Pantokrator), il-Vergni Marija bit-tfajjel Gesu fi hdanha (Theotokos), l-Arkangli, San Gwann Battista, "il-habib ta' l-gharus" (Prodomos), qaddisin orjentali bhal San Gorg, Santa Katerina ta' Lixandra, San Nikola, San Bazilju.

Ikona interessanti ghalina hi dik li tissejjah Epitafios, li tirrapprezenta d-depozizzjoni ta' Kristu fil-qabar, bil-gisem tal-Mulej imdawwar minn Marija,Gwanni l-Evangelista, in-nisa qaddisin, Guzeppi t'Arimatija u Nikodemu. Innota ix-xebh tal-Kurcifiss ta' San Damjan ma' dan it-tip ta' ikona, ghalkemm hawnhekk, kif sejrin naraw, ghandna lil Kristu haj, mhux mejjet. Il-Koncilju Ekumeniku ta' Nicea II (887), fakkar fit-taghlim ta' Missirijiet il-Knisja dwar l-ikoni, u l-aktar dwar it-taghlim ta' San Gwann Damaxxenu, li tant iddefenda l-venerazzjoni lejn l-ikoni kontra l-kurrent ta' l-ikonoklasti li riedu jeqirdu x-xbihat qaddisa. L-ikona, skond dan it-taghlim, fiha teologija, jew ahjar, titkellem dwar Alla ma min ihares lejha b'qima u fidi. L-ikona ssir sagrament, sinjal li jidher ta' misteru. Il-qofol ta' dan il-misteru li jigi rivelat fl-ikona hu l-inkarnazzjoni ta' l-Iben ta'Alla, li x-xbiehaqaddisa tirrapprezenta episodji mill-hajja tieghu, jew mill-hajja ta' qaddisin li ntrabtu ma' Kristu b'mod specjali.

Ir-regola tad-deheb ta' l-ikona hi x-xebh perfett (identità) ta' l-ikona mal-persuna li tirrapprezenta, hekk li nistghu nsejhu l-ikona ritratt ta'qdusija. L-iskop ta' l-ikona hu li jdahhal lil min ihares lejha fis-sens ta' qima lejn il-misteru, imma wkoll li jghinu fl-imitazzjoni tal-persuna qaddisa raffigurata.

L-ikonografu jpitter l-ikona fi spirtu ta' talb u sawm. Ghandna l-ezempju ta' ikonografu qaddis Russu, Sant'Andreij Rublev, awtur famuz ta' l-ikona tat-Trinità. Fl-ikona kollox jitkellem, u hemm regoli ta' teknika, uzu ta' kuluri u atteggjamenti tax-xbihat qaddisa li jigu raffigurati. Fuq kollox l-ikona qatt ma ghandha l-iskop li zzejjen il-post qaddis, imma pjuttost hi oggett ta' qima fil-liturgija u t-talb privat ta' l-insara. Hawnhekk tinsab id-differenza radikali bejn ix-xbihat qaddisa fl-Orjent u l-arti sagra taghna l-Occidentali, li hafna drabi harisna aktar lejn l-aspett estetiku tar-raffigurazzjonijiet artistici tal-knejjes taghna milli lejn l-aspett liturgiku, kateketiku u devozzjonali li ghandu jkun il-bazi ta' kull raffigurazzjoni sagra.

Biex napprezzaw l-Ikona

Ikona ma ssirx biex inharsu lejha u nammiraw is-sbuhija u s-sengha ta' min ghamilha. Kull ikona trid twassal messagg, iggibna wicc-imb-wicc mal-misteru ta' Alla. Napprezzawha kemm-il darba naqrawha b'ghajnejn qalbna u nimmeditawha. Hija "ktieb" spiritwali. L-ikonografu li pinga dan il-Kurcifiss ha l-ispirazzjoni tieghu mill-Evangelju ta' San Gwann.

 


Ix-Xbieha Dominanti tal-Kurcifiss


Il-Bordura tas-Salib

Il-bordura hi maghmula minn kotra ta' arzelli. Ghan-nies tal-qedem l-arzella kienet simbolu tas-sbuhija u tal-eternità tal-genna. Ma' l-ewwel daqqa ta' ghajn nifhmu li l-ikona saret biex taghtina hjiel tal-misteru tal-genna. Ninnutaw li fit-tarf, isfelnett, ma hemmx arzelli. Hemm spazju miftuh u dan ifisser li kulhadd ghandu c-cans li jidhol. Hdejn din id-dahla hemm xi nies li mal-ewwel nintebhu li huma nies ta' fidi. Xi whud mix-xbihat thassru, ghax hafna devoti kienu jbusu u jmissu l-parti li setghu jilhqu. Ta' dawk li ghadhom jidhru naraw biss il-parti ta' fuq ta' gisimhom. B'din nifhmu r-ruh, u l-pittur b'hekk qed jghidilna li huma wkoll digà jinsabu fil-hena tal-genna.


Ix-Xbieha Dominanti

Fl-ikona tiddomina l-figura centrali ta' Gesù Msallab. U dan mhux biss ghax hi kbira hafna, imma wkoll ghax minnha hiereg dawl li l-bjuda tieghu titferrex mal-personaggi l-olra kollha ta' maddwar. Ninnutaw li kollha, b'xi mod, qed iharsu lejn Gesu. Id-dawl donnu hiereg mill-istess persuna ta' Gesu fil-glorja. Ta' min jinnota l-kuntrast tal-kuluri, l-aktar l-iswed u l-ahmar.

Nosservaw ukoll li Gesu mhux muri mdendel, imma wieqaf mas-salib. Ghajnejh kbar, miftuha berah, u jidhru jharsu fuq id-dinja. Hawn ghandna xbieha ta' Kristu haj, figura ta' min rebah fuq il-passjoni u l-mewt. L-ikona turi 'l Gesu li jxandar lilu nnifsu bhala li hu "id-Dawl tad-dinja" u "jaghti l-hajja bil-kotra".

L-ikon turina 'l Gesu, il-Mulej tal-hajja, fil-maestà kollha tieghu bhala l-Iben wahdieni tal-Missier, il-Haruf issagrifikat u mtella' fil-glorja. Gesu qal: "Meta nkun merfugh mill-art, jiena nigbed lil kulhadd ghal warajja" (Gw 12,32).


Il-Kuruna ta' glorja

Ma narawx fuq ras Gesù l-kuruna tax-xewk, imma l-awreola tal-glorja. Is-salib orjentali jishaq aktar fuq it-rebha milli fuq is-sofferenza. B'danakollu, il-misteri tat-tbatija ta' Kristu m'humiex minsija u lanqas mohbija. L-awreola qed tghidilna li s-sofferenza ta' Gesù kellha valur u tifsira, u issa nbidlet fil-glorja. Mela, f'din l-immagini naraw u nikkontemplaw aktar lil Kristu fil-glorja milli fin-niket u t-tbatija tal-passjoni. Hu ghalhekk li l-personaggi kollha jidhru hienja u ferhana.

Fil-kuruna tal-glorja hemm is-salib mad-dawra taghha, izda jidher f'dija ta' dawl kbir. Dil-kuruna tigbor fil-qosor il-hajja ta' Gesù: l-umiljazzjoni u l-ezaltazzjoni tieghu. "Hu, ghad li kellu n-natura ta' Alla ...cekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib. Ghalhekk Alla ghollieh sas-smewwiet..." (Fil 2,6-11).

Hi kuruna ta' farag li taghti tifsira lis-sofferenza. Tfakkarna li kull kuruna tax-xewk tista' tinbidel f'wahda ta' glorja, ixxandar ir-rebha tal-hajja fuq il-mewt.


Il-Libsa ta' Ġesu'

Naraw lil Gesu liebes ma' qaddu velu tal-ghazel bil-burdura tad-deheb. Hekk kien ikun il-velu li, fl-Antik Testment, bih kien jinsatar is-sacerdot fil-hin li fih ikun jaghmel l-offerta tieghu. B'dan l-ilbies l-awtur qed jghidilna li fuq is-salib Gesu qed jagdi l-missjoni ta' Sacerdot hu u joffri lilu nnifsu.


Ġesu' Tempju tas-Santissima Trinita'

Inharsu mill-qrib lejn sider Gesù u naraw li hemm xbieha ta' ras ta' persuna. Din tirraprezenta lill-Missier u tfakkarna fi kliem Gesù: "Kif inti fija, Missier, u jiena fik..." (Gw 17,2). Taht din il-figura tal-Missier hemm cirku. Ghan-nies tal-qedem hu simbolu ta' l-eternità. Fih nosservaw profil iehor, xi hadd ihares lejn ix-xellug ta' Gesù. Dil-persuna tirraprezenta l-Kelma ta' Alla, eterna fin-natura taghha u tezisti sa minn dejjem: Gesù ta' Nazaret. Fuq mohh Gesù naraw ix-xbieha ta' hamiema, bil-gwienah miftuha, niezla 'l isfel. Hi figura ta' l-Ispirtu s-Santu. Hekk naraw jitwettqu kliem San Pawl: "Fi Kristu hemm tghammar il-milja shiha tad-divinità fil-gisem" (Kol 2,9).

Fuq il-kuruna ta' madwar ras Gesù u fuq wiccu hemm velu rgiq, trasparenti. Id-dija leqqiena hija mtaffija b'dell li jasal sa fuq ghonq Gesù. Bhalma fl-Antik Testment il-glorja tal-Mulej kienet mohbija bi shaba (Ez 24,16), hekk issa l-glorja hi mohbija bl-umanità ta' Gesù, liebes gisem bhal taghna fil-misteru ta' l-inkarnazzjoni. Dan il-velu tnehha, ghall-hin qasir, waqt it-Trasfigurazzjoni fuq it-Tabor. F'dak il-mument dehret il-glorja tad-divinità ta' Gesù fis-sbuhija kollha taghha.


Għajnejn Ġesu'

Ghajnejn Gesù, kbar u miftuha, jixhdulna li hu haj, anzi hu l-Haj per eccellenza. Hu l-Ewwel u l-Ahhar (Apok 1,17), il-Princep tal-hajja (Atti 3,15), il-hajja nnifisha (Gw 14,6). Gesù hu dak li dejjem "jara l-Missier". Lejh hi dejjem imdawra l-harsa tieghu. Iridna, flimkien mieghu, naraw lill-Missier:"Min jara lili, jara l-Missier" (Gw 14,9).

Il-harsa ta' Gesu hi fissa lejn is-sema u l-art. Bhala l-Qassis il-Kbir, hu l-Medjatur bejn il-Missier u bejna, il-mifdija b'Demmu. Il-harsa ta' ghajnejn Gesù hi miksura u fl-istess hin serena, kalma. Harsa miksura ghax Gesù kien jaf tajjeb kemm hi serja l-qaghda tieghu waqt il-krucifissjoni. Sab ruhu vittma ta' tpattija ghal dnubietna. Imma fl-istess hin, hi harsa serena ghax jaf li, minkejja kollox, il-bibien ta' l-infern qatt ma huma se jeghilbu l-Knisja tieghu (Mt 16,18). Bil-harsa hanina tieghu lejna, Gesù jghasses fuqna, bhalma r-raghaj jindokra n-naghag tieghu. Lilna Gesù jafna b'isimna.

Għonq Ġesu'

Bhal f'kull ikona, ghonq Gesù hu ohxon u ta' sahha. Nhar il-Ghid, meta deher ghall-ewwel darba, nefah fuq l-appostli u qalilhom: "Hudu l-Ispirtu s-Santu..." (Gw 20,22). Dan il-gest ifakkarna fil-bidunett tal-grajja tal-holqien meta l-ewwel bniedem ircieva n-nifs ta' Alla nnifsu (Gen 2,7). In-nifs ta' Gesù jfisser holqien gdid, qawmien veru mill-mewt (Ezek 37,9, Rum 16,17).

Id-dnub hu l-kancer kiefer li jgib il-mewt. Biex ifejjaqna minnu Gesù jonfoh qawwi fuqna, membri tal-Knisja tieghu  "Id-dnubiet li intom taħfru jkunu maħfura" (Gw 20,23). Dan ried jurina l-pittur bl-ghonq miftuh ta' Gesù. Meta radd ruhu lura f'idejn il-Missier, Gesù ta' lill-Knisja tieghu l-Ispirtu s-Santu ghall-mahfra tad-dnubiet.

Il-Pjagi Mdemma ta' Ġesu'

Mill-hames pjagi naraw igelgel, bhal minn hames ghejun, id-Demm tal-Haruf ta' Alla, "id-Demm tal-Patt il-gdid u li jibqa' ghal dejjem". Fuq kull naha hemm Anglu, harstu ccassata fuq il-griehi ta' Gesù. Taht kull id naraw Angli ohra, mistaghgba huma wkoll ghad-dehra tad-Demm imxerred ghall-fidwa taghna. Isaija habbar: "Bil-griehi tieghu ksibna l-fejgan" (Is 53,5). Niffissaw harsitna fuq il-pjagi mqaddsa u ma' San Pawl nghidu: "L-Iben ta' Alla habb lili u ta' lilu nnifsu ghalija" (Gal 2,20).

 

B'mod specjali niffissaw il-harsa ta' qalbna fuq il-pjaga tal-kustat ta' Gesù, fin-naha tal-lemin. Niftakru fil-kliem tal-Profeta Ezekjiel li ra l-ilma hiereg min-naha tal-lemin tat-Tempju, figura tal-gisem ta' Kristu, it-tempju veru li fih jghammar Alla. Dak l-ilma ta' l-hajja kull fejn ghadda. Fl-art imsoqqija kibru sigar li l-weraq taghhom kien duwa li tfejjaq (Ezek 47,12). Kemm aktar ifejjaq spiritwalment l-ilma li hareg, flimkien mad-demm, mill-Qalb minfuda ta' Gesù. Jikteb San Bonaventura: Tabilhaqq, il-qawwa li gelglet mill-mohba tal-Qalb tat lis-Sagramenti tal-Knisja s-setgha li jaghtu l-grazzja u, ghal dawk li digà qed jghixu fi Kristu, xarba "mill-ghajn ta' l-ilma li jwassal sal-hajja ta' dejjem" (Gw 4,14).

Din it-talba ta' Frangisku saret realtà meta f'Settembru 1224 fuq il-gholja La Verna, ircieva fil-gisem tieghu l-pjagi tal-Mulej. Dwar din il-grajja San Bonaventura jikteb: Il-vera mhabba ta' Kristu biddlet lill-mahbub fl-istess xbieha. (S. Bonaventura, Leggenda Maior, XIII)

Il-Parti Ċentrali tal-Kurċifiss

 

Il-Personaġġi taħt Dirgħajn Ġesu'

Biex inkunu nafu sewwa min huma, l-pittur kiteb l-isem taht kull wiehed mill-personaggi. Mix-xellug ghal-lemin: Marija, Omm Gesù, Gwannil-Evangelista, Marija, omm Gakbu, u c-Centurjun. Huma hafna qrib Gesù, biex hekk issehh it-talba tieghu: "Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tieghi, il-glorja li tajtni Int, ghaliex habbejtni sa minn qabel il-holqien tad-dinja" (Gw 17,24). Il-figuri huma kollha dawl, ghax huma "ulied id-dawl" (Gw 12,23). Huma kollha ta' daqs wiehed. Dan ifisser li, aktar mill-qdusija personali ta' kull wiehed uwahda minna, hu importanti li "Kristu jkun kollox f'kulhadd" (Ko3,11).

Harsa hafifa ggieghelna ninnutaw li dawn il-persuni jixtiebhu. Ghajnejn kbar, fomm ckejken u wicc ovali. Karatteristici li jixbhu l-harsa ta' wicc Gesù. Fi kliem San Pawl, Alla liln"ippredestinana biex niehdu s-sura fuq ix-xbieha ta' Ibnu" (Rum 8,29).

 

Marija, Omm Gesù

Marija hija l-ewwel wahda n-naha tal-lemin ta' Kristu msallab. Fil-lvant, dan hu l-post ta' l-unur (Salm 45,10). Marija hi x-xebba li"sabet grazzja quddiem Alla" (Lq 1,30), Eva l-gdida, Omm l-Iben ta' Alla maghmul bniedem. Gesù tahielna b'ommna. Wicc Marija hu mdawwar, b'harsa tenera, lejn Gwanni. F'qalbha qed tisma' jidwi kliem Binha: "Mara, ara, dan hu ibnek" (Gw 19,26). Fi Gwanni tara u tikkontempla 'l Binha Gesù u l-misteru tieghu li jghix f'kull wiehed u wahda mill-membri tal-Gisem Mistiku, il-Knisja, fina lkoll.

 L-ammirazzjoni ta' Marija tidher fil-gest ta' idha x-xellugija, merfugha lejn wiccha, l-istess kif qed taghmel Marija Maddalena. Imma hadd minnhom m'hu jghatti wiccu. Dan il-gest juri tenerezza li qajla titfisser bil-kliem. Fuq fomm it-tnejn naraw li hemm tbissima helwa. Il-harsa helwa ta' Marija hi mitfugha fuqna lkoll, ghax ahna lkoll uliedha. Din it-tbissima qed tfakkarna fi kliem l-anglu:"Ifrah; Marija, ghax int sibt grazzja quddiem Alla" (Lq 1,28). Hija wkoll prova li t-thabbira taghha ssehh: "Kull niseisejjahli hienja"(Lq 1,48).

B'idha l-leminija Marija turi 'l Gesù. Dan hu sinjal li ma' Gwanni qed titkellem fuqu u li Hu jimlielhom hajjithom. Flimkien itennulna:"Aghmlu dak li jghidilkom Hu" (Gw 2,5). Ninnutaw ukoll li wicc Gesù u wicc Marija jixtiebhu. Xejn anqas min-nisa kollha li jissemmew fil-kotba tal-Patt il-Qadim, Marija tirrifletti s-sbuhija ta' Alla nnifsu.

 

L-Ilbies ta' Marija

Fil-Bibbja l-ilbies hu importanti ghax juri min hi tabilhaqq il-persuna li ggibu. L-ikona tinqeda bil-kuluri ta' l-ilbies biex turi s-sejha divina tal-persuna. Marija hi liebsa mantell twil abjad li jostor il-persuna taghha. Dan il-mantell irid iwasslilna tliet messaggi. L-ewwel, il-vittorja tal-fedeltàghall-Vangelu. "Ir-rebbieh ghad ixidd fuqu lbies abjad" (Apok 3,5). Lil Marija jixirqilha wkoll dan l-ilbies ghax sahqet ras is-serpent (Gen 3,15). It-tieni, l-ilbies abjad jindika l-purifikazzjoni li gabilna Gesù (Apok 7,14). Bix-xieraq li tkun liebsa l-abjad, Dik li tnisslet minghajr tebgha ta' dnub. It-tielet, il-libsa bajda hi wkoll sinjal tal-hlas ta' l-ghemejjel tajba li Alla jaghti fill-qaddisin biex iwettqu (Apok 19,7). 

Marija emmnet il-kelma li ntqalitilha min-naha tal-Mulej, u l-Iben ta' Alla, il-Kelma hajja, sar Bniedem fi hdanha. Hi tabilhaqq Omm il-hajjin kollha ghax tatna lil Gesù, l-Awtur tal-hajja. 

Il-mantell hu miksi b'kotra ta' hagar prezzjuz. Il-gawhar u l-hagar prezzjuz fil-Bibbja huma simbolu tad-doni ta' l-Ispirtu s-Santu (Is 61,20. Ezek 28,13). Juru l-favuri divini li rceviet bil-kotra Marija. "Sliem ghalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej mieghek" (Lq 1,28). Hekk dehret, u hi tabilhagq, Marija f'ghajnejn Alla, u dan jghiduhulna r-ringieli ta' gawhar li jsebbhulha lbiesha. 

Taht il-mantell, Marija hi liebsa lbies ahmar, il-kulur ta' l-imhabba. L-ahmar skur juri l-imhabba qawwija, intensa. Lil Marija jixirqilha dan il-kulur. Qalbha giet minfuda bis-sejf tad-dulur, kif kien habbrilha Xmun (Lq 1,35). Id-duluri ta' Marija lahqu l-milja taghhom fuq il-kalvarju, hdejn is-salib. 

Marija hi liebsa wkoll tunika vjola. Dan ifakkarna li Marija hi l-Arka tal-Patt li fi hdanha garret il-Kelma-Bniedem. Nafu li minn gewwa, l-Arka kienet miksija bl-ghazel vjola skur (Ez 26,1-4). Fiha kien hemm ukoll it-twavel tal-Ligi, kliem il-Mulej (Dewt 10, 1-5). Marija, l-Arka tar-Rabta l-Gdida, tghinna nilqghu b'qalb semplici u nadifa kliem il-Mulej, u bhalha u maghha ntennu: "Ikun minni skond kelmtek" (Lq 1,38).

 

Gwanni

Gwanni, "id-dixxiplu li Gesu kien ihobb" (Gw 13,23), hu qrib Gesù, bhalma kien fl-ahhar cena. Qed jiehu l-post ta' l-imhabba, bejn Marija u Gesù, taht il-pjaga tal-Qalb minfuda. Gwanni hu rrapprezentant taghna lkoll li nemmnu f'Gesù 

Ras Gwanni hi mmejla lejn Marija, l-Omm spiritwali tieghu u taghna lkoll. L-imgieba tieghu hi bhal dik ta' tarbija li taf li hi mahbuba u tilqa' bil-qalb dik l-imhabba. B'idu l-leminija, bhal Marija, qed juri 'l Gesù, f'att ta' qima u bi hlewwa kbira. 

Gwanni ghandu fuqu mantell kulur roza, tradizzjonalment il-kulur li jissimbolegga l-gherf etern. Hu kien wiehed minn ta' l-ewwel li fittxew lil Gesù, marru u qaghdu mieghu (Gw 1,38). Sab darba ghal dejjem lil Gesù, il-Gherf inkarnat. Lilu wkoll Gesù habbu ghall-ahhar u sa l-ahhar (Gw. 13,1). Hu liebes ukoll libsa bajda, simbolu tar-rebha li kiseb fuq il-gisem. Ghex hajja vergni sa tmiem hajtu. Ircieva l-gherf u kien mimli bl-Ispirtu s-Santu.

 

Marija Maddalena

Fuq ix-xellug, qrib hafna ta' Gesù, naraw lil Marija Maddalena. F'ilbiesha jispikka wkoll il-kulur ahmar, simbolu ta' l-imhabba. Ghaliha Gesù kien qal: "habbet hafna" (Lq 7,47). Rasha tmiss ma' ras omm Gakbu, Marija, u jidhru mhux semplicement qed jitkellmu, imma jaqsmu flimkien xi sigriet. Idha qeghda qrib fommha, gest li jesprimi l-istess staghgib u ammirazzjoni, bhal Marija, Omm Gesù. Is-sigriet li qed taqsam ma' sehbitha hu tabilaqq inkredibbli: Ara, jien kont midimba kbira, u issa qeghda hawn, wieqfa hdejn Gesu, il-feddej u s-salvatur tieghi.

 

F'Marija Maddalena, jilmaw bis-shih il-qawwa u l-imhabba ta' Gesù. Kienet ilsira u vittma ta' l-ghadu kiefer, imma issa qeghdaqrib Dak li rebhu, taqsam mieghu fil-glorja. Kienet wahda min-nisa twajba li kienu jakkompanjaw lil Gesù fil-vjaggi tieghu, u kellha l-kuragg tkun mieghu anke fuq il-kalvarju. Il-Mulej ghazilha biex tkun hi l-ewwel wahda li xxandar lill-appostli l-qawmien tieghu: "Rajt il-Mulej" (Gw 20,18). Kienet fic-cenaklu ma' Marija, Omm Gesù, u rceviet l-Ispirtu s-Santu (Atti 1,14). Issa Hu hal-post ghal dejjem li Babel kien okkupat mill-ispirti hziena li kienu jippossjeduha.

 

Marija, Omm Gakbu

Skond San Mattew, din Marija kienet omm Gakbu, il-kugin ta' Gesù (Mt 27,56.13,55). San Gwann jghidilna li kienet taht is-salib ma' Marija, Omm Gesù (Gw 19,25). Bla dubju ta' xejn kienet wahda minn dawk in-nisa twajba li kienu jaghtu daqqa t'id lill-appostli u tissieheb maghhom ukoll fit-talb (Atti 1,14). Hija wkoll irceviet il-Maghmudija ta' l-Ispirtu s-Santu (Atti 1,5). 

Ghad li xi whud mill-qraba ta' Gesù "skond il-gisem", ma emmnux fih, din Marija baqghet fidila lejh sal-Kalvarju. Hija tirraprezenta l-kotra ta' dawk li, umli u jemmnu fi Kristu, ma jissemmewx fil-kotba ta' l-istorja. Izda l-Mulej, f'jum il-haqq, se jaghtihom il-kuruna tal-glorja. 

Il-libsa ta' fuqha hi lewn il-hamrija, il-kulur li juri l-umiltà taghha. It-tunika hi ta' lewn ahdar, simbolu tat-tama li biha kienet mimlija qalbha, anke meta garrbet niket kbir hija u tara 'l Gesù jsofri l-passjoni. Fl-ikona tidher bhal wahda li, b'attenzjoni kbira, qed tisma' dak li qed tafda maghha Marija Maddalena. Il-gest ta' idejhom juri l-ammirazzjoni taghhom it-tnejn lejn Gesù.

 

Ic-Centurjun

Ic-Centurjun nidentifikawh ma' dak li Gesù fejjaqlu lil ibnu mill-boghod, ghax "emmen fil-kelma li qallu Gesù" (Gw 4,46-47). Warajh jidher wicc it-tifel u wkoll il-quccata tar-ras ta' tliet persuni ohra. Dawn jirrapprezentaw il-membri kollha tal-familja li, flimkien mal-missier, haddnu l-fidi f'Gesù(Gw 4,53). Il-fidi tac-Centurjun turi ruhha b'zewg modi. Harstu hija ffissata fuq Gesù u t-tliet swaba ta' idu l-leminija huma simbolu tal-fidi fit-Trinità. Iz-zewgt iswaba maghluga juru t-twemmin fil-ghaqda taz-zewg naturi fil-persuna ta' Kristu. Hdejn is-salib, ic-Centurjun qed jirrapprezenta l-kotra ta' dawk il-bnedmin, "minn kull poplu u gens" (Apok 7,9), li hadd hlief Alla ma jaf il-fidi taghhom. 

Il-qaghda gravi ta' ibnu kienet ghalih prova iebsa, imma fl-istess hin soviet biex familja shiha haddnet il-fidi f'Alla ta' Gesù Kristu. Naraw li f'idu x-xellugija ghandu njama li tfakkar fis-sinagoga li bena f'Kafarnahum ghall-komunita Lhudija (Lq 7,5). Gesù jxebbah 'il dak li "jisma' kliemu u jaghmlu", ma' ragel ghaqli li jibni daru fuq il-blat (Mt 7,24-25). Il-Vangelu juri c-Centurjun bhala ragel li, b'generozitàqieghed fil-prattika kliemGesù.

 

Il-Karattri z-Zghar

Mhux facli li tghid min huma l-personaggi li hemm hdejn Marija u hdejn ic-Centurjun. Dak tax-xellug hu liebes uniformi tixbah'il dik tac-Centurjun u dan igieghelna nahsbu li hu suldat ruman. Tal-lemin ghandu rkobtu merfugha, idu x-xellugija fuq qaddu u harstu ffissata fuq Gesù. It-tnejn li huma ghandhom l-istess qaghda u l-istess rwol. It-tnejn, wiehed ruman u l-iehor lhudi, jirrapprezentaw lil dawk li kienu nkarigati mill-esekuzzjoni tal-kundanna ghall-mewt ta' Gesù. Lhud u pagani kienu l-htija tal-mewt ta' Gesù. Huma mpingija fic-cokon u b'dan il-pittur qed jghidilna li rwol personali taghhom kien zghir. F'ghajnejn il-bnedmin kienu huma li qatlu 'l Gesù, imma fir-realtà s-Salvatur taghna ta hajtu minn rajh. Dan ghamlu biex jurina sa fejn tasal l-imhabba tieghu ghalina (Gw 10,18). 

Lil Gesù l-bnedmin haqruh, sallbuh u tawh il-mewt kiefra tal-krucifissjoni. Fil-fatt, izda, huma gglorifikawh. Tajjeb niftakru f'dan meta jkollna ngarrbu xi persekuzzjoni f'hajjitna! 

X'bidla u x'miraklu kbir! Dawk l-istess nies li sallbu 'l Gesù, issa qed iharsu lejh b'harsa ta' fidi u ta' tama fih. "Ghad iharsu lejn min nifdu" (Gw 19,37). Gharfu min kien tabilhaqq huma u jaghtuh il-mewt. Tabilhaqq! Hi tassew kbira r-rebha ta' l-imhabba!

 

Is-Serduq

Mhux dak li fakkar lil Pietru fid-dnub tac-cahda! L-ikona qed turi 'l Kristu fil-glorja. Iz-zmien tac-cahdiet ghadna u mar. Fl-antik is-serduq kien is-simbolu tax-xemx li qorbot biex titla'. Ghalina, ix-xemx li ddawwal id-dinja hu Gesù. San Pietru jikteb:"Taghmlu sewwa jekk toqoghdu attenti ghaliha. Hi bhal fanal jaghti d-dawl f'post mudlam, sa ma jibda jbexbex il-jum" (2 Pt 1,19). 

Is-serduq qed ihabbar li Gesù hu d-dawl veru, illum u dejjem, li jdawwal id-dinja. Is-shab jista' jdallam xi ftit id-dawl tax-xemx, imma qatt jitfih. Is-shab jisfa' fix-xejn bil-qawwa tax-Xemx. Kemm il darba nibqghu mixjin fid-dawl ta' Gesù li qam mill-imwiet, ma naqghux fit-tfixkil u lanqas ma nithabblu fix-xibka li thejjilna d-dinja tallum. U Gesù jridna li, bhalu, "inkunu d-dawl tad-dinja" (Mt 5,16), biex il-bnedmin "jaraw l-ghemejjel tajba taghna u jfahhru l-Missier taghna tas-sema".

 

 

Il-Parti ta' isfel tal-Kurcifiss


Il-Personaggi taht is-Salib

Tnejn biss nistghu nghidu min huma, ghax l-ohrajn thassru bil-bews u l-mess ta' l-idejn tad-devoti. Probabilment li huma l-appostli Pietru u Pawlu. Ninnutaw li huma 'l qewwa mill-bordura ta' l-arzelli, jigifieri huma digà fis-Saltna. It-tnejn ghandhom l-awreola madwar rashom, ghad li mill-pozizzjoni taghhom lil Gesù ma jistghux iharsu lejh. Tidher biss il-parti ta' fuq ta' gisimhom. Dan ifisser li m'humiex ghal kollox fis-Saltna.  

Dawn il-personaggi qed jirrapprezentaw lilna li ghadna fit-triq li twassalna s-sema, pajjizna. Lil Gesù, sakemm ghadna hawn, nistghu narawh biss b'mod imperfett "bhal f'mera" (Kor 13,12). Ircevejna l-Maghmudija u wkoll is-sigill ta' l-Ispirtu s-Santu fil-Konfermazzjoni, u ahna lkoll imsejhin biex inkunu ma' Kristu fil-glorja tieghu (2 Tess 2,13). Sadanittant, ghadna boghod minn Gerusalemm tas-sema. San Pawl iheggigna: "Ma naqtghux qalbna, ghax imqar jekk il-bniedem ta' barra jithassar, il-bniedem ta' gewwa jiggedded minn jum ghal jum. Id-daqsxejn ta' tbatija taghna ta' issa thejjilna kobor ta' glorja bla qjies ghal dejjem" (2 Kor 41,16).  

San Frangisk kellu qima partikolari lejn l-Appostli Pietru u Pawlu. It-tifkira tal-qaddisin kollha, bhal qishom kienu hagar tan-nar, kienet tkebbsu b'nar divin. Lill-appostli kollha, u l-aktar lil Pietru u Pawlu, kien iqimhom b'devozzjoni specjali, ghax kienu jhobbu lil Kristu b'imhabba mhegga ghall-ahhar. Ghal qima u l-imhabba li kellu lejhom kien joffri lill-Mulej is-sawm ta' randan specjali.  (S. Bonaventura, Legenda Maior IX, 3)

 

Il-Gebla ta' taht is-Salib

Fil-parti ta' isfel ta' l-ikona jidher li hemm blata. Gesù qal: "Inti Pietru u fuq din il-blata nibni l-Knisja tieghi" (Mt 16,18). Jekk inzommu quddiem ghajnejna li din l-ikona qed tirraprezenta s-saltna shiha ta' Kristu, u l-personaggi raffigurati kollha ghandhom rabta ma' din il-blata, bir-ragun kollu nikkonkludu li din il-blata hija mqieghda bhala l-pedament li fuqu bena Kristu s-Saltna tieghu; l-awtorità ta' Pietru u tas-successuri tieghu.  

Gesù qal: "Kull min jisma' kliemi u jaghmlu jixbah 'il dak ir-ragel li bena daru fuq il-blat..." (Lq 6,47). Meta tisma' l-kelma u tghixha fil-prattika ssir blata. Il-bini spiritwali taghna jkun sod kemm-il darba nimpenjaw ruhna nghixu l-valuri tal-Vangelu.

 


Il-Parti ta' fuq tal-Kurcifiss


Il-Kitba fuq Ras Gesù

Fuq il-kuruna tal-glorja ta' madwar ras Gesù hemm miktub il-kliem: IHS NAZARE REX IUDEORUM Gesù Nazzarenu Sultan tal-Lhud 

Fil-qosor, dawn l-erba' kelmiet jiqbru l-hajja ta' Gesùl-umiljazzjoni tieghu qieghda fir-rabta ma' Nazaret, isem immaqdarf'Izrael. "Tista' tohrog xi haga tajba minn Nazaret?" jistaqsi Natanael (Gw 1,46). Il-glorifikazzjoni fil-proklamazzjoni tieghu bhala Sultan. "Inti s-Sultan ta' Israel" (Gw 1,49), anzi issa tal-gnus kollha. Il-kitba tixhed il-gudizzju tal-bnedmin ta' kull zmien dwar Gesù. Dawk li harsu lejh "bil-ghajnejn tal-gisem" (2 Kor 5,16) maqdruh bhala impostur (Mt 27,63). Dawk li harsu lejh fid-dawl ta' l-Ispirtu laqghuh u stqarrewh dak li hu tabilhaqq: "L-Iben ta' Alla" (Mk 15,39). Naghmlu ahna wkoll il-ghazla taghna, ahna u naqraw din il-kitba. "Min mhux mieghi hu kontra tieghi..."(Mt 12,30). Ma nistghux inkunu newtrali.

 

Gesù fil-Medaljun, fic-cirku ta' fuq

Ix-xbieha li hemm f'dan il-medaljun turi 'l Gesù f'fazi ohra tal-misteru tieghu. Siequ l-leminija mitfugha 'l quddiem, gest li jurih fi triqtu lejn il-Missier. Liebes ilbies dehbi, ghelm ta' rebha u sinjal tar-regalità tieghu. Minn fuq spallejh tittajjar xalpa, simbolu tal-hakma u tat-tmexxija tieghu mhaddmin b'imhabba kbira.  

F'idu x-xellugija naraw is-salib, l-istrument tar-rebha li kiseb. Issa, però, mhux salib ta' l-ghuda ghandu f'idejh, imma tad-deheb. Ix-xettru tieghu bhala Sultan hu "xettru tas-sewwa u l-haqq" (Salm 45). Hu b'dan is-salib li se nigu ggudikati (ara 1Kor 1,28).

 

Lil Gesu narawh jitbissem. Issa hu midluk "b'zejt il-ferh" (Salm 45,8). Kien imgarrab, imma hareg rebbieh. L-angli li qed jaghtuh merhba huma liebsin ilbies ahmar u dehbi, l-istess kif inhu liebes il-Mulej taghhom u taghna. Dawn l-angli rawh hiereg minn hdan il-Missier u jigi "jghammar fostna""icekken lilu nnifsu sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib". Issa qed jifirhu bih u mieghu hu u riega lura fil-genna. Issa hu l-Avukat difensur taghna, quddiem il-Missier.  

"Sejjer inhejjilkom fejn toqoghdu: u meta mmur u nhejjilkom post, nerga nigi biex nehodkom mieghi biex fejn inkun jien, tkunu intom ukoll" (Gw 14,3). Ghaldaqstant, xejn ma ghandna x'nibzghu jew naqtghu qalbna! Qatt!

 

Id il-Missier

 

F'nofs ic-cirku, fuqnett ta' l-ikona, naraw id il-leminija, tbierek. Hi id il-Missier. Ghad li Lilu hadd ma jista' jarah, Hu juri Lilu nnifsu fil-barkiet li jaghti. Il-barka tal-Missier hi d-don ta' l-Ispirtu s-Santu, li Gesù mmeritalna. Ghalhekk qal: "Jagblilkom li jiena mmur, ghaliex jekk ma mmurx, id-Difensur ma jigix ghandkom..." (Gw 16,7). Hu l-Missier li, f'isem Gesù, jibaghtilna l-Paraklitu (Gw 14,26). Nifhmu ahjar il-barka tal-Missier jekk nirriflettu fuq il-kliem ta' Gesù"Nitlob lill-Missier u Hu jaghtikom Difensur iehor li jibqa' maghkom ghal dejjem" (Gw 14,16).  

Gesù, mela, huwa wkoll id-Difensur taghna. L-Ispirtu s-Santu jaqdi l-istess missjoni ta' Gesù, imma b'mod li ma jidhirx. Hu jwassal lill-Knisja fil-milja tal-verità (Gw 16,13). Dan hu l-hlas meraviljuz li l-Missier jaghti lil Ibnu rebbieh. L-Ispirtu nnifsu hu, "n-nixxiegha ta' ilma haj li jissawwab fuq dawk li jemmnu fih" (Gw 7,38). B'dan id-don ta' "ilma haj" Gesù, id-Dielja vera, jaghmel hafna frott u jkun igglorifikat f'kull min jemmen fih. Meta dan isehh, il-Missier ikun igglorifikat f'Ibnu (Gw 17,1).  

L-Ispirtu s-Santu huwa wkoll in-nar ta' l-imhabba li jghaqqad flimkien il-Missier u l-Iben. L-Iben irid idahhalna lkoll f'din il-huggiega ta' l-imhabba."Missier, aghmel li l-imhabba li biha habbejtni tkun fihom u jiena fihom" (Gw 17,20). Hekk, il-Patt il-Gdid isib il-milja tieghu ghal dejjem fi hdan it-Trinità Qaddisa.

 

Wirt li Jisfidana

Il-laqgha mal-Kurcifiss ta' San Damjan gieghlet lil San Frangisk jiehu decizjoni importanti hafna f'hajtu. Fetahlu ghajnejn qalbu dwar il-missjoni li kien jehtieglu jaqdi. Sejjahlu biex jiehu triq gdida: triq impenjattiva, imma fl-istess hin ta' ferh: dik li jimxi fuq il-passi tal-Mulej Gesù

Fis-snin ta' wara din l-ewwel laqgha, Frangisku kellu jisma' vuci misterjuza ohra hierga mill-Kurcifiss. Kellu jismaghha fil-kliem tal-Vangelu. U ghax ma kienx semmiegh trux tal-Vangelu, semghu u laqghu bil-ferh kollu ta' qalbu. Impejna ruhu b'entuzjazmu biex jghixu fil-prattika u jkun fidil ghal kull kelma li sema'. Il-Mulej kellmu wkoll waqt li kien ikun jitlob fil-hemda tal-postijiet imwarba li kien ifittex qalb il-gmiel u s-sbuhija tan-natura. Semghu fuq kollox fil-hafna gesti ta' karità li kien jaghmel ma' hutu patrijiet, mal-foqra li kien ihobb u ma' kull bniedem li kien jiltaqa' mieghu.  

Il-Kurcifiss kellmu mill-gdid fuq l-gholja ta' La Verna, sentejn qabel ma miet. Kellmu billi naqqaxlu f'gismu l-pjagi kollha mhabba tal-Passjoni Tieghu. L-ewwel kittieb ta' hajtu jirrakkonta:

 

Mifni kif kien mill-gheja u s-sofferenzi, Frangisku kien sar ghal kollox jixbah lill-Kurcifiss li kien iltaqa' mieghu f'zoghzitu. Darba minnhom, wiehed mill-patrijiet li rah mixhut ma' l-art, qallu: "Missier, int dejjem sibt kenn fl-Iskrittura Mgaddsa u rimedju ghall-ugieh tieghek. Hallini naqralek xi pagna biex titfarrag xi ftit". Wiegbu l-gaddis: "Ma ghandi bzonn ta' xejn izjed, ibni: naf lil Kristu fqir u msallab". (2 Celano n.105)

 

Flghaxija tas-Sibt, 3 ta' Ottubru 1226, qrib il-knisja ckejkna tal-Porziuncola, Frangisku nfexx f'ghanja ta' ferh u mar jiltaqa' ma' Ohtu l-Mewt. U lill-Patrijiet, imbikkija ghall-ahhar ghat-transitu tieghu lejn is-sema, qalilhom:

 

"Jien ghamilt il-parti tieghi:

il-parti taghkom jghallimhielkom Kristu"

 

 

Mehud minn: Marc Picard OFMCap, The Icon Of the Christ of San Damiano, Casa Editrice Francescana, Assisi, 1989,  hawnhekk qed tidher traduzzjoni ghal malti minn Patri Guzepp B. Xuereb ofm, Mur Frangisku sewwi d-dar Tieghi, Spjega tas-salib Bizanti li kellem lil San Frangisk t'Assisi,  Edizzjoni TAU, Malta 2001.