Qabar ta' San Franġisk

F’nofs in-navata tal-Basilka Inferjuri fuq in-naha tal-lemin hemm tarag li jaghti ghall-Kripta fejn hemm il-Qabar ta’ San Frangisk. Bla dubbju il-Qabar huwa l-qalb u r-ruh tas-santwarju, biex ma nghidx ukoll ta' Assisi. 

Malli tinzel il-tarag issib l-altar u fuqu l-Qabar maghmul minn gebel rustiku ta' ilwien u daqs differenti mhares bi grada.  Fih hemm sarkofagu tal-gebel, li go fih hemm imqieghed il-fdal tal-Qaddis.  Madwar il-qabar fl-erba' rkejjen hemm erba` nicec u fihom hemm il-fdalijiet ta’ fra Leone, Rufino, Angelo u Masseo, shab San Frangisk.  Kif tinzel it-tarag hemm nicca ohra li fiha hemm il-fdal ta’ Jacopa dei Settesoli, mara sinjura li kienet benefattura kbira u qrib tal-qaddis matul hajtu u f’mewtu. Quddiem il-qabar hemm theggeg il-Lampa votiva, biz-zejt offrut kull sena minn regjun differenti ta’ l-Italja.

Ikklikja fuq l-istampa u idħol ħdejn San Franġisk ISSA