Il-Ħames mument fil-proċess ta’ dixxerniment jikkonsisti f’li wieħed jitkellem dwar l-għażla tiegħu ma’ persuna ta’ fiduċja li tista’ tkompli ddawlu. Hawn jidħol l-irwol tal-akkumpanjatur spiritwali li għandu jgħin lill-persuna li tmur għandu “to discern the movements and the guidance of God in his (or her) life” u “to be able to see the divine initiative of loving invitation, in which God is seeking from him some kind of response.”[1] Biex isolvi d-dilemma tiegħu, Franġisku wkoll talab il-parir ta’ ħaddieħor. Talab lil Fra Silvestru – li kien magħruf għall-ħajja kontemplattiva li kien jgħix – lil Santa Klara u lil Soru Klarissa oħra biex ifittxu li jsiru jafu r-Rieda tal-Mulej dwar id-dilemma li kellu. Minkejja li talbu indipendentament minn xulxin, it-tlieta qablu li Franħisku kellu jibqa’ jgħix ħajja mħallta ta’ talb u predikazzjoni.
[1] T. H. Green, The Friend of the Bridegroom, 40.