Il-Qaddisin kollha tal-Ordni Franġiskan

F'kull waqt u f'kull żmien mit-twaqqif tiegħu sallum, l-Ordni Franġiskan kien dejjem jixbaħ lil ġnien li fih iwarrdu għadd bla qjies ta' qaddisin u rwieħ tajba. Uliedu l-qaddisin tal-Ewwel (Il-Patrijiet), It-Tieni (Il-Klarissi) u t-Tielet Ordni (Franġiskani Sekulari) ġew minn kull qasam tal-ħajja u minn kull ġens ta' bnedmin. Hemm Franġiskani Martri, Dutturi tal-Knisja, Isqfijiet, Saċerdoti, Frajiet, Lajċi, Verġni, u Nisa u Rġiel Miżżewġa. Huma kotra kbira ta' qaddisin miġmugħ madwar il-Fqajjar t'Assisi li f'ġismu jġib is-sinjali ta' Alla l-ħaj. Il-Festa tal-Qaddisin kollha tal-Ordni ssir fid-29 ta' Novembru għax kien sewwa sew f'din il-ġurnata tal-1223 li l-Papa Onorju III wettaq b'mod solenni l-għamla ta' ħajja li propona San Franġisk, li kien ġa wettaqha bil-fomm Innoċenz II fis-sena 1209. Il-Kitba oriġinali tar-Regola tinsab miżmuma b'għożża kbira fost ir-relikwi fil-Bażilika Papali ta' San Franġisk f'Assisi.