Ikun jissejjaħ Franġisku - ll-Papa Franġisku


Hija sorpriza sabiha. L-ewwel Papa li ghazel dan l-isem. San Frangisk li ghazel li jghix il-Vangelu, no matter what. Kien konvint li jekk int nisrani trid tghix il-Vangelu, inkella.... dahq fil-wicc. U b'Alla mhu se jidhaq hadd!

Dan il-Papa diga ta' indikazzjoni li he means what he says. Nizel minn fuq it-tron biex ihammeg il-libsa bajda li libbsuh. Mhux imdejjaq biha ghax jaf li biha jista jaghmel hafna gid. Hekk il-kelma anzi l-ghemil tieghu qed jhezzez id-dinja. U qed igib il-kritika tad-dinja ghall-knisja fix-xejn ghax l-ghemil jitkellem aktar mill-istess kitba miktuba.

Papa bhal dan mhux la kemm issibu fit-triq. Imma hej Alla jaf inqed b'kollox biex skont iz-zmien ikollna mejjeja skont qalbu. U dan mhux biss ghall-papiet, imma f'kull sens.

Jien kburi bih mhux biss ghax ghazel l-isem ta' Frangisku imma ghax qed jimxi, kif qal hu stess, fuq il-passi tieghu. Hu se jiffoka mhux biss fuq il-bniedem fqir izda wkoll fuq il-holqien. Qal: Ahna ghandna dejn kbir mal holqien. Tinsew li San Frangisk lil kull kreatura isejhilha hija u ohti. Jien kburi bih ghall-ispiritwalita frangiskana li qed ihaddan ghax din se tibdel il-fizjonomija tal-Knisja li xi uhud jikkundannaw minn barra, jew telquha ghax ma rawx gejjieni sabih, imma San Frangisk kien jghid jekk irrid nibdel il-Knisja irrid ninbidel jien. Jien mitlub minn Alla li nkun ezempju ghall-ohrajn. Mhux inmaqdar lil ohrajn, izda naghtihom l-ezempju. Imbaghad Allla jiehu hsieb HU.

Fl-ewwel Angelus tieghu il-Papa qal li Alla hu hanin dejjem, imma jrid li jien naghraf dnubieti, nindem minnhom u nqerrhom, Imbaghad Alla jahfirli u jhabbibni mill-gdid mieghu.

Tinsewx titolbu ghalih, biex ikunu xi jkunu c-cirkostanzi ma jaqtax qalbu.


Sahhiet mill-Vatikan

Patri Gorg Attard OFM Conv