Santa Chiara

Il-Bazilka ddedikata lil Santa Chiara hija semplici u helwa fl-istess hin, mibnija b’gebel faxx abjad u faxx roza.  Il-faccata hija maqsuma fi tlieta.  Fil-patri t-isfel hemm bieb wiehed. Fil-parti tan-nofs hemm tieqa kbira tonda b’erbgha crieki.  Il-parti ta’ fuq hija forma ta’ trijanglu b’tieqa ckejkna fin-nofs.  Fuq barra fuq in-naha tax-xellug ghandha serje ta’ hnejjiet li nbnew fl-1351 biex jirfdu t-toqol tal-Bazilka. Il-kampnar fuq il-lemin in-naha ta’ wara, huwa l-ghola wiehed f’Assisi u huwa l-uniku li ghandu il-parti ta' fuq f’ghamla tonda li titla' u tinghalaq ghalxejn sakemm tinghalaq bil-ponta.

Minn gewwa il-bazilka ta’ Santa Chiara ghandha navata wahda b’zewg transetti fuq kull naha fit-tarf.  Fil-fatt il-pjanta taghha tixbah hafna lil dik tal- Basilica Superiore ta’ San Frangisk, f’forma ta’ Tau, is-salib tant ghal qalb San Frangisk.  Mal-hitan kien hemm ghadd ta’ affreski li juru grajjiet mill-hajja tal-qaddisa.  Hasra, imma, li minn dawn illum baqa`biss tnejn: wiehed li juri l-mewt u l-iehor juri l-funeral tal-qaddisa, xoghol tad-dixxipli ta’ Giotto fil-bidu tas-seklu XIV.  Hasra li hafna minnhom intilfghu ghal kollox meta tghattew fl-1719 u ohrajn garrbu hsarat kbar fit-terrimot ta’ l-1832.  Ghad fadal, xi ftit affreski fit-transetti. L-altar maggjur ghandu madwaru ghamla ta’ tribuna kif kienet id-drawwa fis-seklu XIII.  Wara l-altar hemm xbieha ta’ Kristu msallab.  Fin-navata fuq in-naha tax-xelluq hemm kappella b’kancell tal-hadid dedikata lil Santa Angese, oht Santa Chiara.  Taht l-altar fl-istess kappella hemm meqjum ir-relikwi tal-qaddisa. 

Fuq in-naha l-ohra tan-navata hemm bieb iehor li jwassal ghal fejn kien hemm originarjament il-Knisja ta' San Giorgio.  Fejn kien hemm il-knisja illum huwa maqsum fi tnejn. Hemm il-Kappella tas-Sagrament u l-Oratorju tal-Kurcifiss.  Jifred wahda mill-ohra hemm il-Kurcifiss originali ta’ San Damiano.  Dan huwa l-istess wiehed li kien stieden lil Frangisku biex imur isewwi il-Knisja tieghu.  Dan il-Kurcifiss ingieb hawn meta is-sorijiet hallew San Damiano wara l-mewt ta' Santa Chiara.

Minn navata centrali tal-bazilka hemm turgien li jaghtu ghal Kripta fejn hemm il-gisem ta’ Santa Chiara mizmum ghal qima tal-pellegrini. Wara it-terrimot ta’ Settembru 1997 sar xoghol kbir ta’ restawr. It-turgien u l-hitan li jaghtu ghal Kripta gew miksija bl-irham.  Fost affarijiet ohra ir-relikwi tal-qaddisa kif ukoll xi ohrajn ta’ San Frangisk gew migbura f’post apposta fl-istess kripta.

Fuq in-naha tal-lemin tal-Bazilka hemm il-Protomonastero di Santa Chiara. Il-pellegrini ma jistghu jidhlu u jarawh minhabba li huwa klawsura.  L-aktar parti qadima tieghu huwa dak li tmiss ezatt mal-faccata tal-bazilka fejn hemm bieb ckejken.  Il-partijiet l-ohra kienu nibnija aktar tard bejn is-sekli XIII u XIV. Fil-kjostru li hemm gewwa, ghad hemm il-kripta tal-knisja l-qadima ta’ San Giorgio.