San Francesco Piccolino

Fost is-santwarji Frangiskani f'Assisi insemmu dak maghruf bhala San Francesco Piccolino - San Frangisk ckejken. Dan il-post huwa fost l-ewwel postijiet marbuta mal-Qaddis ta' Assisi.  Aktar preciz nghidu li huwa l-ewwel post per eccellenza, minhabba li huwa mifhum li kien il-post fejn fl-1182 twieled Frangisku iben Pietro di Bernardone u Madonna Pica.

F'dokument li instab fl-Arkivju ta' Assisi fl-1286 - sittin sena biss wara l-mewt ta' Frangisku jinghad li f'dak il-post hemm Oratorju - post ta' Talb marbut mal-post fejn twieled il-qaddis.

Kien in-neputi ta' Frangisku Piccardo, li jigi t-tifel ta' hu il-Qaddis, li ha hsieb li il-kamra tad-dar ta' Nannuh Pietro di Bernardone tigi mibdula f'Oratorju.  F'din l-istess kamra twieled zijuh Frangisku.  L-Oratorju thejja lejn 1282 ghall-okkazjoni ta' l-ewwel anniversarju mit-twelid ta' san Frangisk.  Piccardo li kien Terzjarju Frangiskan serva bhala amministratur fil-Bazilka ta' zijuh San Frangisk ghal aktar minn disa` u ghoxrin sena (1256-1285).  Wara il-mewt ta' Piccardo l-post fejn twieled San Frangisk gie mholli f'idejn il-Patrijiet Frangiskani Konventwali tas-Sacro Convento, li sa llum ghadhom jiehdu hsiebu.

Il-faccata ta' dan l-oratorju fiha arkata romanika u bieb gotiku tahta. Dan iz-zwieg bejn iz-zewg stili ta' hnejjiet romaiku-gotiku jixbah lil dawk tal-Porticato tas-Sacro Convento, li kienu nibnija fl-istess zmien.  Fuq l-arkata kemm kitba bil-latin miktuba b'karattri gotici li tghid: "Dan l-oratorju kien l-istalla tal-baqra u l-hmara fejn twieled San Frangisk, xempju tad-dinja".  Din il-kitba zdiedet lejn in-nofs tas-seklu XIV iz-zmien meta fil-kitbiet dwar il-hajja tal-qaddis bdew ixebbhu l-hajja ta' Frangisku ma dik ta' Kristu.  Il-Post fejn twieled Frangisku gie imqabbel ma' l-istalla ta' Betlem. Fil-fatt ghal xi zmien il-post fejn twieled il-qaddis sar maghruf bhala "la Stalletta".  F'mappa tal-belt ta' Assisi maghmula minn Giacomo Lauro fl-1599 hemm imsemmija 28 monument fil-Belt ta' Assisi,  Fost dawn bin-numru 25 jissemma` San Francesco Piccolino.

Fl-istatut tal-Belt ta' Assisi ta' l-1469 dan il-post huwa identifikat bhala il-knisja fejn twieled il-beatu Frangisku.  Ta minn jghid li sa s-sena 1615 l-ebda monument iehor f'Assisi ma kien imsemmi bhala d-dar ta' Pietro di Bernardone u Madonna Pica fejn twieled binhom Frangisku.

Fil-bidu tas-seklu XIV Dante Alighieri zar Assisi u zar wkoll San Francesco Piccolino.  Wara z-zjara fid-Divina Commedia kiteb dwar Frangisku li "twieldet xemx ghad-dinja".  Din ix-xemx l-ewwel ma dawlet kienet qabel xejn l-erba` hitan ta' dan il-post fejn twieled San Frangisk.