Provincjal Gdid

PATRI ĠORĠ ZAMMIT INĦATAR IL-PROVINĊJAL TAL-PATRIJIET FRANĠISKANI MINURI KONVENTWALI MALTIN.

Patri Ġorġ, twieled nhar id-9 ta’ Novembru tas-sena 1946. Iben Emmanuel u Rita nee’ Caruana. Huwa tgħammed fil-Parroċċa Bażilika Kolleġġata ta’ San Ġorġ Martri, r-Rabat Għawdex. Fis-sena 1965 huwa beda n-Novizzjat tiegħu fi ħdan l-Ordni tal-Franġiskani Konventwali, fejn fis-17 ta Settembru 1966 huwa għamel l-ewwel Professjoni tiegħu. Fid-29 ta’ Novembru 1970 huwa għamel il-Professjoni Solenni. Huwa ġie Ordnat Saċerdot fis-17 ta’ Diċembru 1972. Patri Ġorġ qeda d-dmirijiet tiegħu f’diversi kunventi tal-Provinċja, fosthom Gwardjan fil-Kunvent ta’ Għawdex, Gwardjan u Kappillan fil-Parroċċa ta’ Burmarrad u Gwardjan u l-ewwel Kappillan tal-Parroċċa tal-Qawra. 

Huwa studja t-Teoloġija Morali kif ukoll il-mużika u fil-Parroċċa ta' San Pawl il-Baħar mexxa għal diversi snin il-Kor Parrokkjali. Patri Ġorġ huwa kompozitur ta’ diversi Għanjiet Reliġjuzi, u ħareġ diversi CDs. 

Huwa kien Viċi Direttur ta' Radju Marija Malta għal diversi snin u ħadem ukoll fit-Tribunal Ekklesjatiku ta’ Malta. Patri Ġorġ dan l-aħħar kien il-Viċi Kappillan tal-Parroċċa Matriċi ta’ San Pawl il-Baħar u kien responsabli mil-Katekizmu tat-tfal. Il-Provinċjal Patri Ġorġ Zammit għandu 68 sena.