Bażilika Inferjuri

Malli toqrob lejn il-Basilka t’isfel mill-ewwel thossok diehel f’imkien qaddis. Biex jaghtik merhba ssib portiku rinaxximentali li jilqek tahtu qiesu taht baldakkin. Tahtu hemm id-dahla principali b'bieb gotiku doppju ta’ l-injam b’xeni skolpiti mill-hajja ta’ qaddisin.

Kif tidhol gewwa faccata tieghek issib il-Kappella ta’ Santa Katerina. Int u miexi lejn din il-kappella, li hija maghrufa wkoll bhala l-Kappella tal-Kurcifiss, minhabba x-xbieha kbira ta’ Kristu Msallab ta’ l-injam li hemm fiha. Fuq ix-xelluq kif tidhol issib il-Kappella ta’ San Bastjan Fuq il-lemin l-ewwel ma ssib huwa l-monument tal-familja Cerchi u mbaghad dak ta’ Giovanni di Brienne, dan kien habib personali ta’ San Frangisk. Bejn dawn iz-zewg monumenti hemm il-cantoria, gallerija ckejkna li kien iservi biex il-kanturi jkantaw minnha.  Fit-tarf ma' l-istess naha hemm il-Kappella ta’ Sant Antonio Abbate.  Minn din il-kappella hemm bieb li jaghti ghac-cimiterju tas-Sacro Convento. Faccata ta’ din il-kappella hemm d-dhul ghall-kappella fejn jigi ccelebrat is-Sagrament tal-Qrar.

In-navata ewlenija hija fi stil romanesk bi hnejjiet jserrhu fuq pilastri hoxnin u b’ohrajn qieshom kustilji msallba minn-naha ghall-ohra li jhallu spazji bejniethom. dawn l-ispazji huma impittra lewn is-sema bil-lejl b’ghadd ta’ kwiekeb li joholqu ambjent li jistiedenek tingabar fil-hemda u fit-talb.  Maz-zewg nahat ghad hemm fdalijiet ta’ affreski, xoghol ta’ l-hekk imsejjah il-Maestro di San Francesco. Huma fost l-eqdem xogholijiet li juru x-xebh bejn il-qaddis Fqajjar u Kristu. Fuq il-hajt tal-lemin hemm episodji mill-passjoni ta’ Kristu u fuq ix-xellug hemm episodji mill-hajja ta’ San Frangisk. Hasra li partijiet minn dawn l-affreski ntilfghu meta lejn tmien is-seklu XIII fethu l-hitan biex jaghmlu l-kappelli li hemm fil-gnub illum.

L-ewwel fost dawn il-Kappelli fuq in-naha tax-xellug kemm dik ta’ San Martin ta’ Tour mibnija fl-1312. Din hija meqjusa bhala l-isbah fosthom minhabba l-affreski li fiha li hargu mid-daqqa tal-pinzell ta’ Simone Martini li halla ghaxar episodji mill-hajja ta’ qaddis u tmien figuri tal-qaddisin, fosthom San Frangisk u Santa Chiara fuq il-hnejja fid-dahla tal-kappella.  Ta min isemmi wkoll it-twieqi bi hgieg kulurit b’disin ta’ l-istess artist minn Siena. Imissu ma din il-kappella hemm il-Kappella ta’ Fontana u il-Kappella ta’ San Andrea.  Illum fl-ewwel wahda hemm in-nicca bl-istatwa ta’ l-injam ta’ Marija Immakulata u f’dik ta’ hdejha hemm kollezzjoni tal-bronz b’episodji mill-hajja ta’ Marija, xoghol ricenti ta’ Tommaso Gismondi (1988).  Fuq l-istess naha hemm it-tribuna ta’ San Stanislaw u taht hemm t-tron tal-Papa.

Fuq in-naha l-ohra hemm il-Kappella ta’ San Stiefnu b’affreski minn Dino Doni minn Assisi fl-1574.  Tmiss maghha hemm il-Kappella ta’ San Lawrenz imzejna bl-affreski minn Andrea de Baroli (1368).  Maghha hemm il-Kappella ta’ Sant’Antnin ta’ Padova b’affreski li saru min Cesare Sermai fl-1610.  Tmiss maghha hemm il-Kappella ta’ San Valentino u l-Kappella ta’ Marija Maddalena. Din ghandha affreski ta’ Giotto, fosthom ix-xena tal-qaddisa fil-laqgha taghha ma’ Kristu wara il-Qawmien.

Kif thalli n-navata u l-kappelli tal-gnub tasal qrib il-presbiterju li fuqu hemm l-altar papali u tahtu hemm il-gisem ta’ San Frangisk. Dan l-altar li huwa fi stil gotiku kien ikkonsagrat fl-1253 mill-Papa Innocenz IV u mgholli ghad-dinjita' ta’ Altar Papali minn Papa Beneditt XIV fl-1754. Wicc ta’ l-altar huwa bicca wahda ta' l-irham mqieghed fuq blokki ta’ gebel lewn roza mis-Subasio.  Ghandu ghadd ta’ hnejjiet ckejkna madwaru mserrha fuq ghoxrin kolonna zghira.  Fuq il-presbiterju hemm erbat' iqlugh iffurmati mill-hnejjiet imsallba li fihom affreski mill-isbah bl-allegoriji ta’ l-Ubbidjenza, Faqar u Kastita` u dik li turi l-Glorja ta’ San Frangisk xoghol ta' Giotto.  Fuq wara ta’ l-altar fl-abside hemm il-kor li sar fl-1467 u x-xena tal-Ahhar Gudizzju  xoghol ta’ Cesare Sermei fl-1623. 

Fiz-zewg transetti fuq kull naha ta’ l-altar hemm affreski li jigbru grajjiet mehudha miz-zewg misteru kbar li tant kienu ghall-qalb ta’ San Frangisk. Dak ta’ l-Inkarnazzjoni fuq il-lemin xoghol ta’ Giotto u l-iskola tieghu u dak tal-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien fuq ix-xellug xogholijiet ta’ Pietro Lorenzetti u Simone Martini.  Fuq in-naha tal-lemin hemm l-affresk tal-Vergine in Maesta` u dak ta’ San Frangisk, xoghol ta’ Cimabue (1278-80), din ix-xbieha tal-qaddis hija l-aktar maghrufa u tqarreb lejn id-deskrizzjoni li hallielna l-bijografu tieghu Tomaso da Celano. Fil-fond ta’ dan it-transett hemm il-Kappella ta’ San Nicola ta’ Bari fi stil Gotiku bi tmien affreski dwar il-hajja tal-qaddis attribwiti lil Giotto.  Bhalha fit-transett l-iehor hemm il-Kappella ta’ San Gwann il-Battista b’affreski ta’ Pietro Lorenzetti. Fil-genb ta’ din il-kappella hemm is-sagristija, li minnha tidhol ghal sagristija ohra, imsejha sigrieta, li tigi ezatt taht il-Kampnar. F’dawn iz-zewg transetti hemm ghadd ta’ affreski ohra maghrufa, fosthom dawk ta l-Passjoni ta’ Kristu fuq kull naha.